Għawdex
Traħħis fin-nollijiet tal-vapuri tal-Gozo Channel

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri nieda skema ta’ vjaġġar bi prezz imraħħas bejn Malta u Għawdex għax-xahar ta’ Lulju.

Il-Ministru Camilleri ħabbar li min-nhar it-Tnejn li ġej 13 ta’ Lulju sal-Ħamis 30 ta’ Lulju, il-prezzijiet tal-Maltin u tal-barranin se jkunu mraħħsa drastikament għall-biljetti li jinxtraw mit-Tnejn sal-Ħamis bejn is-14:15 u nofsillejl.

Qal li l-prezz ta’ passiġġier se jkun €2.50 minflok €4.65 u l-prezz ta’ vettura se jkun €8.50 minflok €15.70.

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri temm jgħid li dan huwa inċentiv addizzjonali mal-miżuri l-oħra li għamel dan il-gvern sabiex jattira t-turiżmu u jiġġenera l-ekonomija, filwaqt li ħeġġeġ lil aktar Maltin u turisti sabiex jieħdu vantaġġ minn dawn il-prezzijiet vantaġġużi u jagħżlu lil Għawdex bħala d-destinazzjoni tagħhom dan is-sajf.

Din l-iskema ma tapplikax għall-vetturi kummerċjali.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Mistoqsija dwar jekk trabi għandhomx jitlibbsu maskri, Prof Gauci qalet li tfal taħt 3 snin m’għandhomx jitlibbsu l-maskra għax din tista’ tkun ta’ periklu għalihom. Dan qalitu meta kienet qed…

COVID-19

Il-Partit Nazzjonalista qal li jinsab infurmat li l-kumpanija Gozo Channel għad m’għandhiex sistema adegwata biex tara li fuq il-vapuri u fit-terminals, il-passiġġieri josservaw il-miżuri ta’ prevenzjoni mill-COVID-19 li ħabbar il-Gvern…

Kultura

Minn issa ‘l quddiem waħda mill-isbaħ xeni tal-Port il-Kbir tista’ titgawda minn fuq il-bejt ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, fil-Belt. Dan hekk kif fi tmiem il-ġimgħa saret l-inawgurazzjoni ta’ dan il-proġett…

COVID-19

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, qalet li minn meta daħal fis-seħħ l-avviż legali l-ġimgħa li għaddiet, diġà nħarġu ħames multi ta’ €3,000 ‘l waħda għal organizzaturi ta’ attivitajiet, restoranti…

Aktar