Kronaka
Trakk jieħu n-nar fit-Triq is-Salini

Il-Pulizija qed tavża biex wieħed jevita Triq is-Salini, direzzjoni lejn in-Naxxar, it-Telgħa t’Alla u Ommu. Dan minħabba li trakk ħa n-nar.

Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1pm.

It-triq bħalissa tinsab magħluqa għat-traffiku.