Lokali
Krejnijiet jagħlqu toroq fil-Mellieħa u m’hemmx fejn tmur – il-Kunsill b’apoloġija

Persuni li dalgħodu ppruvaw jgħaddu minn għadd ta’ toroq fil-Mellieħa sabuhom magħluqin bi krejnijiet, bil-konsegwenza li ma kellhomx fejn imorru.

Min beda jidħol fi Triq Dun Franġisk Sciberras beda jsib ma’ wiċċu krejn jagħlaq it-triq, u jekk jipprova jdur lejn Triq Adenau, isib l-istess sitwazzjoni. Il-karozzi għalhekk inqabdu mingħajr ebda post fejn imorru ħlief lura, bil-kaos li dan iġib miegħu hekk kif karozzi jibqgħu deħlin fit-triq il-ħin kollu.

Sitwazzjoni simili ġrat fi Triq il-Merill, fejn krejn tpoġġa f’tarf it-triq, bis-sewwieqa jkollhom jirriversjaw lura t-triq kollha.

TVM għamel kuntatt mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, bis-Sindku Dario Vella jikkonferma li l-kuntratturi kellhom il-permess jagħlqu t-triq.

Is-Sindku iżda spjega li dak li seħħ kien kawża ta’ żball amministrattiv, u filwaqt li talab apoloġija għall-inkonvenjenza li nħolqot, qal li l-Kunsill ħa jaħdem biex is-sitwazzjoni ma tirrepetix ruħha.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Għalkemm il-Maltin ikunu qed jistennew is-sajf bil-ħerqa biex jaqtgħu xi ftit mir-rutina ta’ kuljum tax-xogħol, mhux l-istess jista’ jingħad għal Alfred Attard li ilu aktar minn 40 sena jiġbor il-melħ…

Stejjer Umani

Omm Maltija ta’ żewġt itfal żgħar ilha sitt ġimgħat ma tara lil uliedha, u tisħaq li ma tafx x’sar minnhom. L-omm, li isimha mhux qed jixxandar fl-interess tat-tfal, ix-xahar li…

Kultura

Aktar minn 100 kwadru ta’ arti fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti tneħħew minn posthom minħabba l-moffa li żviluppat fil-binja. F’kummenti lil TVM, il-Kuratur tal-MUŻA, Kenneth Cassar, spjega li l-opri tal-arti tneħħew minn…

Qorti

Raġel ta’ 31 sena li joqgħod Birżebbuġa wkoll ingħata l-ħelsien mill-arrest b’depożitu ta’ elf ewro u garanzija ta’ għaxart elef ewro wara li tressaq il-Qorti mixli li attakka, insulta, hedded…

Aktar