LGBTIQ
TRANSFORM: Proġett biex itejjeb il-provvediment tas-servizz tal-kura tas-saħħa għal persuni LGBTIQ

Id-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem (HRD) fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza ssottometta applikazzjoni taħt il-Programm tad-Drittijiet, l-Ugwaljanza u ċ-Ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea biex jiġu użati l-fondi tal-UE sabiex jiġi żgurat li persuni LGBTIQ igawdu aċċess ugwali u mhux diskriminatorju għas-servizzi tas-saħħa, billi jissaħħu l-għarfien u l-kapaċità ta’ dawk involuti fil-provvista rikorrenti tal-kura tas-saħħa biex jilħqu l-ħtiġijiet tagħhom.

Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Ġustizzja u Ugwaljanza qal li meta n-nies LGBTIQ jaċċessaw is-servizzi tas-saħħa, il-prattikanti jassumu l-eterosesswalità u ħafna drabi jużaw it-terminoloġiji korrispondenti. Dan ifisser li persuni LGBTIQ jesperjenzaw esklużjoni u inviżibilità. Għal persuni trans u intersesswali, professjonisti tas-saħħa li jużaw lingwaġġ patoloġiku u l-misgendering jistgħu jirriżultaw fl-evitar tal-kura tas-saħħa, kif ukoll problemi oħra.

Il-kliniku ewlieni tal-Klinika tal-Benesseri tal-Ġeneru Dr Mario Cachia qal li kien meħtieġ appoġġ mill-fornituri kollha tal-kura tas-saħħa fl-indirizzar tal-ħtiġijiet tal-kura tas-saħħa tal-persuni LGBTIQ. Dan il-proġett kien għalhekk importanti billi kien se jkun qed jipprovdi taħriġ lill-infermiera, lit-tobba tal-emerġenza u lill-persunal tal-ewwel kuntatt mediku.

L-għanijiet ewlenin ta’ dan il-proġett huma:

  • Jiżgura li persuni LGBTIQ igawdu aċċess ugwali u mhux diskriminatorju għas-servizzi tas-saħħa billi jtejjeb l-għarfien u l-kapaċità ta’ dawk involuti fil-provvista rikorrenti tal-kura tas-saħħa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom.
  • Itejjeb il-kapaċità tal-prattikanti mediċi u psikosoċjali biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tas-saħħa tal-persuni trans;
  • Jipprovdi riżorsi li jinfurmaw lill-pazjenti LGBTIQ dwar id-drittijiet tagħhom u li jindikaw is-servizzi tal-kura tas-saħħa bħala LGBTIQ inklużivi; u
  • Iqajjem kuxjenza fost persuni LGBTIQ dwar riskji speċifiċi għas-saħħa u servizzi tas-saħħa.

Permezz ta’ dan il-proġett, il-ħtiġijiet li għandhom jiġu indirizzati huma:

  • It-taħriġ ta’ 60 persunal maniġerjali u infermiera prattikanti involuti fil-provvediment ta’ servizzi tas-saħħa dwar l-iffaċilitar tal-aċċess għall-kura tas-saħħa ta’ persuni LGBTIQ. Dawn il-maniġers u l-infermiera prattikanti jaġixxu bħala multiplikaturi fit-timijiet li jimmaniġġjaw.
  • It-taħriġ ta’ 120 prattikant tas-saħħa biex titqajjem kuxjenza u jiżdid l-għarfien dwar kif jiġu indirizzati l-inugwaljanzi fis-saħħa esperjenzati minn persuni LGBTIQ.
  • It-taħriġ ta’ 80 tabib ġenerali (GP’s) f’Malta u Għawdex li jiżguraw li l-prattiċi tagħhom huma inklussivi ta’ pazjenti LGBTIQ u li jipprovdu għarfien speċjalizzat dwar it-trattament ta’ pazjenti trans għal kundizzjonijiet ġeneriċi li għandhom jingħataw minn esperti mill-Isptar Universitarju ta’ Ghent.
  • It-taħriġ ta’ 25 impjegat tal-emerġenza f’Malta u Għawdex li jipprovdi għarfien speċjalizzat dwar it-trattament ta’ pazjenti trans li jippreżentaw f’diżgrazzja li għandu jingħata minn esperti mill-Isptar Universitarju ta’ Ghent.
  • Taħriġ ta’ sensittività lil 300 impjegat ta’ akkoljenza li jaħdmu f’ambjenti tal-kura tas-saħħa kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.
  • L-iskambju ta’ prattiċi tajba permezz ta’ sħubija mat-Tim multidixxiplinarju tal-Ġeneru tal-Isptar Universitarju ta’Ghent mat-Tim Multidixxiplinarju tal-Klinika tal-Benessri tal-Ġeneru.
  • L-iżvilupp ta’ websajt immirata għal tobba ġenerali, professjonisti psikosoċjali, infermiera, qwiebel, persunal ta’ emerġenza u prattikanti oħra tas-saħħa immudellata fuq dik żviluppata mill-Isptar Universitarju ta’ Ghent dwar il-kura tas-saħħa trans.
  • It-tmexxija ta’ kampanji ta’ għarfien, informazzjoni u midja soċjali mmirati lejn il-promozzjoni tas-servizzi tal-kura tas-saħħa bħala spazji akkoljenti u sikuri għal persuni LGBTIQ.
  • It-tmexxija ta’ kampanji ta’ għarfien, informazzjoni u midja soċjali mmirati lejn il-komunità LGBTIQ dwar riskji għas-saħħa assoċjati ma’ din il-koorti.