Trasport
Transport Malta bl-ewwel karozza tal-linja li taħdem bl-elettriku

Il-karozzi tal-linja tal-futur mistennija jaħdmu bl-elettriku u konxja minn dan, il-Malta Public Transport b’kollaborazzjoni mal-kumpanija Slovena, TAM varat l-ewwel karozza ta’ dan it-tip f’Malta.

Il-General Manager tal-kumpanija, Konrad Pule qal li l-karozza tat-tip Vero b’tul ta’ disa’ metri u nofs se titħaddem bi prova kif qed isir fir-Russja, Dubai u l-Iżvizzera fost l-oħrajn.

“Ħa nkunu qed nippruvawha fuq rotot differenti, mhix se tieħu post ta’ karozzi tal-linja oħra imma se nkunu qed inżiduha mal-flotta u l-idea hi li naraw kif taħdem fl-ambjent tat-trasport ta’ Malta bħala karozza tal-linja bl-elettriku.”

Is-Sur Pule qal li għadu kmieni biex jgħid jekk fis-snin li ġejjin dawn il-karozzi tal-elettriku hux se jieħdu post il-vetturi eżistenti li jiswew inqas min-nofs jew terz tal-vetturi elettriċi.

“Ovvjament m’għandekx fuel li qed tiffrankah imma għandek ċertu consumption tal-elettriku biex tiċċarġja u l-investiment kapitali li normalment ikun kważi d-doppju jew it-tripplu tal-karozza tal-linja normali bażikament.”

Ic-Chairperson ta’ Transport Malta, Joe Bugeja qal li s-sena li għaddiet il-patrunaġġ tat-trasport pubbliku żdied bi 11% għal 58 miljun passiġġier meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. Qal li dan il-proġett hu parti mill-inizjattivi favur l-ambjent u t-trażżin tat-tibdil fil-klima.

“Illum huwa pass importanti għaliex qed inħarsu lejn l-ambjent u dan il-pass ta’ 100% elettriku għal perjodu ta’ ftit xhur hu esperiment biex ‘l quddiem inkomplu nsaħħu dan l-aspett importanti ħafna għall-pajjiż.”

Iċ-Chairperson tal-Malta Public Transport, Felipe Cosmen qal li l-flotta preżenti ta’ 440 vettura hi waħda mill-iktar nodfa fl-Ewropa tant li iktar minn nofs il-vetturi għandhom inqas minn ħames snin.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se terġa’ tikkollabora ma’ DJ Tenishia għal kunċert bla ħlas, is-Sibt 25 ta’ Lulju, fi Pjazza San Ġorġ il-Belt. Il-kunċert TEMPO se jġedded il-memorja ta’ ħafna…

Infrastruttura

Malta miżgħuda mini li tul is-snin tħaffru għal skopijiet differenti, fosthom għall-produzzjoni tal-ilma tal-pjan. L-aktar popolari x’aktarx huma dawk f’Ta’ Kandja, iżda inqas magħrufa u x’aktarx isbaħ minħabba l-istat naturali…

Sport

Il-Covid-19 ħarbtet il-programm ta’ għadd ta’ attivitajiet sportivi, mhux l-anqas tad-dilettanti tal-karozzi. Is-Sibt li għadda, taħt dawl artifiċjali u b’żiffa ħelwa sajfija, mijiet inġabru fit-trakka tal-Assoċjazzjoni Sport Muturi Karozzi biex…

Politika

Id-deputati li stqarrew li m’għandhomx fiduċja f’Adrian Delia qalu li se jibqgħu determinati li jġibu l-bidla meħtieġa fil-Partit Nazzjonalista u fil-pajjiż. Qalu li għat-tieni darba f’ġimgħa ġie kkonfermat li Dr…

Aktar