Kurżitajiet
In-nisa daqt jibdew jirċievu trapjant tal-likwidi vaġinali

Tobba fl-Istati Uniti qed jittamaw li fil-futur qrib ikunu jistgħu jibdew joffru lill-pazjenti tagħhom l-opportunità ta’ trapjant tal-likwidi vaġinali.

Xjentisti f’John Hopkins University jemmnu li trapjant bħal dan jista’ jgħin lin-nisa li jbatu mill-bacterial vaginosis biex jevitaw din l-infezzjoni.

Minkejja li attwalment jingħataw l-antibijotiċi għal din l-infezzjoni, ħafna drabi din terġa’ titfaċċa maż-żmien.

Il-BV mhix marda li tittieħed mis-sess, iżda tpoġġi lin-nisa f’pożizzjoni iktar vulnerabbli biex ilaqqtu mard trażmess sesswalment jew infezzjonijiet fl-awrina. Jekk il-mara tkun tqila, iżżid iċ-ċans ta’ ħlas qabel iż-żmien.

It-trapjant jaħdem billi l-mara tingħata kampjun ta’ likwidu li jkun fih ħafna mill-batterju Lactobactillus crispatus, li huwa ta’ benefiċċju għall-vaġina.

Id-donaturi jiġu mitluba joqgħodu lura mis-sess għal mill-inqas 30 jum qabel id-donazzjoni, u jridu jagħmlu testijiet għal STDs.

Biex din il-proċedura tkun tista’ tibda ssir fl-Istati Uniti, jonqos biss l-approvazzjoni tal-awtoritajiet tas-saħħa.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-uffiċjali tal-Guardia Costiera Lucia Licciardi u Leopoldo Manna ġew akkużati bi qtil ta’ 268 persuni fosthom 60 tifel u tifla wara li naqsu milli jaqdu dmirijiethom. Il-każ imur lura għall-11…

Barranin

Xjentisti fl-Istati Uniti jemmnu li sabu kura għall-virus li jikkawża r-riħ u viruses oħra li jixbħuh u li jistgħu jikkawżaw paraliżi. Għall-kuntrarju tal-perċezzjoni li teżisti, sal-lum ma teżistix kura għar-riħ,…

Barranin

L-ex Prim Ministru Taljan, Matteo Renzi rriżenja mill-Partit Demokratiku biex joħloq partit ieħor. Id-deċiżjoni ta’ Renzi jaf timmina l-koalizzjoni l-ġdida li ffurmat ftit tal-jiem ilu bejn il-PD u l-Moviment Cinque…

Barranin

Sarah Thomas kisret rekord tal-għawm meta qasmet mir-Renju Unit sa Franza erba’ darbiet fuq xulxin, tant li qattgħet 54 siegħa fl-ilma. Thomas, li għandha 37 sena u hija Amerikana, hija…

Aktar