Lokali
Trasport pubbliku aktar spiss bejn ir-Rabat u l-Buskett fl-Imnarja

Bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa li ġej, il-Malta Public Transport se topera servizz speċjali biex tiffaċilita l-ivjaġġar bejn ir-Rabat u l-Buskett għall-attivitajiet tal-Imnarj.

Is-servizz se jaħdem skond it-talba kull nofs siegħa.  L-ewwel vjaġġ jitlaq mill-waqfa ‘Infetti’ fir-Rabat u jieqaf il-Buskett.  Il-Ħamis l-ewwel vjaġġ se jitlaq minn Infetti fil-5pm u l-aħħar vjaġġ se jitlaq mill-Buskett fin-00.30am.  Fid-29 ta’ Ġunju, dakinhar tal-Imnarja, l-ewwel vjaġġ se jitlaq minn Infetti fis-7am u l-aħħar vjaġġ se jitlaq mill-Buskett fis-2.30pm.

In-noll se jkun ta’ €3 fi flus kontanti fuq tal-linja; €2.50 meta wieħed iħallas bit-Tallinja card; żewġ vjaġġi bi ħlas bit-12 Single Day Journeys card; filwaqt li mhux se jkun hemm ħlas żejjed meta wieħed iħallas b’waħda mill-Explore Cards.