Budget2022
Trasport pubbliku b’xejn għal kulħadd minn Ottubru 2022

Dwar il-qasam tat-trasport, il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana ħabbar li wasal iż-żmien li  nagħmlu l-pass li jmiss fil-qasam tat-trasport f’pajjiżna sabiex nibdew nindirizzaw il-konġestjoni tat-traffiku.

Huwa qal li issa wasalna biex nagħmlu l-qabża li jmiss u ħabbar li l-Gvern jinsab f’pożizzjoni li mill-ewwel ta’ Ottubru tas-sena d-dieħla, jibda jipprovdi s-servizz tat-Trasport Pubbliku b’xejn lil kull Malti u Għawdxi u nies residenti f’Malta u Għawdex.

Qal li b’hekk inkunu t-tieni pajjiż fl-Ewropa fejn it-trasport pubbliku huwa b’xejn.

Huwa spjega li ħaddiem li ta’ kuljum jagħmel użu mit-trasport pubbliku, se jiffranka ’l fuq minn €300.