Barranin
Trattament ġdid għal min hu allerġiku għall-karawett

Xjentisti mill-King’s College ta’ Londra qalu li biex persuna li tbati minn allerġija għall-karawett tnaqqas ir-riskju li jkollha reazzjoni allerġika, għandha tkun esposta għal karawett.

Din is-sejba fil-fatt tgħid li persuni alleġiċi, għandhom ikunu esposti kuljum għal doża żgħira ta’ karawett, bil-għan li jderru l-ġisem, biex meta imbagħad ikunu esposti b’mod aċċidentali għall-karawett, ma jbatu l-ebda attakk spontanju.

Minkejja dan il-pass ‘l quddiem, ix-xjentisti qalu li din is-sejba m’għandiex tiġi trattata bħala kura, iżda sempliċiment protezzjoni kontra attakki żgħar. Xorta waħda appellaw għal kawtela u attenzjoni meta wieħed jamministra dan it-trattament.

Fil-fatt, Dr Alexandra Santos, li mexxiet dan l-istudju, saħqet li dejjem iktar qed jinħass il-bżonn ta’ kura għal dawn l-alleġiji, li f’ċertu każijiet jaf ikunu anke fatali.

Qalet li dan it-trattament ġdid, ukoll jaf ikollu effetti ħżiena, minħabba li l-persuna li qed tirċevih, jista’ jkun li jwaqqaf l-istess trattament, u jaħseb li m’għadux allerġiku. Spjegat kif din taffettwa l-agħar liż-żgħażagħ, li fi kliemha, fl-istudju instab li huma iktar imprevedibbli mill-adulti.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Waqt li t-traffiku normalment huwa l-kawża ta’ frustrazzjoni kbira għax-xufiera, jidher li dan ma jaffettwax lil kulħadd b’mod negattiv. Dan hekk kif f’filmat li qed jiċċirkola fuq il-midja soċjali dalgħodu,…

Barranin

Pulizija f’Kalifornja, fl-Istati Uniti, issejħu fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu biex joffru għajnuna mhux tas-soltu. Ors kbir, li huwa magħruf fiż-żona ta’ Kings Beach bl-isem ta’ T-Shirt, daħal ġo skip biex…

Barranin

Il-Prinċep Andrew tal-Ingilterra ċaħad li kellu x’jaqsam sesswalment ma’ tfajla ta’ 17-il sena lura fl-2001. L-allegazzjoni qed issir minn Virginia Guiffre, li qalet li kienet iltaqgħet mal-Prinċep f’bar, li żifnet…

Barranin

F’Venezja ħarġet twissija oħra għal għada hekk kif il-livell tal-ilma mistanni jaqbeż il-metru u nof. Tħabbar li l-pagamenti li r-residenti ta’ Venezja jħallsu għad-djar tagħhom se jiġu sospiżi għal sena…

Aktar