Qorti
Tressaq il-Qorti fuq allegat stupru ta’ sentejn ilu

Student Għawdxi ta’ 21 sena ngħata l-libertà proviżorja wara li tressaq il-Qorti akkużat li allegatament strupra lill-ex sieħba tiegħu tliet snin ilu.

Iż-żagħżugħ, li jgħix Malta waqt li jattendi għal-lezzjonijiet l-università, wieġeb li mhux ħati li stupra lilll-ex sieħba tiegħu ta’ 20 sena.

Fil-Qorti ħareġ li l-allegata vittma għamlet rapport f’April li allegatament ġiet stuprata mill-eks sieħeb tagħha meta t-tnejn kellhom tmintax-il sena.

L-Avukat Difensur ikkontestat il-validità tal-arrest u rrimarkat li minkejja li l-allegazzjonijiet jmorru lura għal Diċembru 2016, it-tfajla rrappurtat f’April li għadda. Żiedet li ż-żagħżugħ ikkopera fl-investigazzjoni u wieġeb għall-mistoqsijiet kollha.

L-Avukat qalet li l-allegata vittma baqgħet tkellem liż-żagħżugż fuq WhatsApp sa Mejju tas-sena l-oħra u anke qalet li ħadet gost.

Il-Maġistrat Nadine Lia laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest b’għadd ta’ kundizzjonijiet. Il-Qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni għat-tfalja.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Is-Servizz tas-Sigurtà Malti għandu taqsima apposta dedikata għall-ġbir ta’ informazzjoni rilevanti għall-investigazzjonijiet dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Dan joħroġ mir-rapport annwali tal-Kumitat Nazzjonali tas-Sigurtà għas-sena li għaddiet fejn jingħad…

Teknoloġija

Il-kumpanija tat-telekomunikazzjoni Melita nediet ċentru ġdid tad-data kif ukoll pjattaforma tal-Internet of things. Permezz ta’ din it-teknoloġija, numru ta’ oġġetti fid-dar jistgħu jiġu mqabbda mal-internet biex jiġu kkontrollati minn fuq…

Politika

Fil-Belt l-għaqdiet Repubblika u Occupy Justice organizzaw protesta fejn talbu li l-parlamentari jwarrbu lil Joseph Muscat minn Prim Ministru, jekk dan ma jirriżenjax minn jeddu.  Qalu li l-Prim Ministru missu…

Lokali

Għall-ewwel darba, l-Ungerija għandha preżenza diplomatika permanenti f’Malta permezz ta’ konsolat fil-Belt Valletta. Fl-inawgurazzjoni, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin u l-Kummerċ tal-Ungerija qal li pajjiżu qed jappoġġja l-kandidatura ta’ Malta biex tiġi…

Aktar