Qorti
Tressqu l-Qorti akkużati li ġabru flus għal persuni b’diżabbiltà b’ingann

Żewġ Rumeni li m’għandhomx residenza f’Malta, tressqu l-Qorti akkużati li għamlu qligħ billi ingannaw numru ta’ nies meta marru jħabbtulhom il-bieb sabiex jagħtuhom flus għal tfal b’diżabilità.

Adrian Ene u Leonard Tanas ta’ 25 u ta’ 29 sena rispettivament kienu akkużati li għamlu dan fl-aħħar jiem f’Birżebbuġa, Ħal Għaxaq u San Pawl il-Baħar fost lokalitajiet oħra.

L-Ispettur Trevor Micallef akkużahom ukoll li għexu ħajja ta’ għażż u ta’ vagabundaġġ. Assistiti mill-avukat tal-għajnuna legali Fransina Abela, huma wieġbu li mhumiex ħatja tal-akkużi kontrihom iżda ma għamlux talba għall-ħelsien mill-arrest.

Ara wkoll:

Il-Pulizija tkellem 2 persuni dwar allegat ġbir ta’ flus bieb bieb

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Steven Jones ta’ 50 sena mir-Renju Unit tressaq il-Qorti akkużat li fit-23 ta’ Mejju għamel danni fuq il-proprjetà privata f’San Ġiljan waqt li kien fis-sakra. Huwa ammetta l-akkużi u ngħata…

Lokali

7 sigaħt ilu fetħu l-postijiet tal-votazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali. Matul dan il-ħin kienu diversi li marru jivvutaw fosthom il-President George Vella, il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni…

Aktar