Kurżitajiet
Trid tonqos fil-piż – għandek tiekol kollazzjon jew taqbżu?

Għandna nieklu l-ewwel xogħol filgħodu?  Il-kolazzjon jagħmlilna ġid?  X’tip ta’ ikel għandna nieklu?

Xjenzati għandhom teoriji differenti dwar il-kolazzjon.  Studju Amerikan li analizza mal-50,000 ruħ fuq medda ta’ 7 snin sab li l-kolazzjon għandu jkun l-ikbar ikla tal-ġurnata.  Jgħid li l-ikel għall-kolazzjon ħafna drabi jkun rikk fil-fibra u n-nutrijenti, jgħin lil dawk li jbatu miz-zokkor b’mod speċjali min jinsab f’riskju li jkollu d-dijabete.

Riċerkaturi oħrajn studjaw l-imġieba ta’ 52 mara obeża li ħadu sehem fi programm ta’ 12-il ġimgħa biex jonqsu mill-piż.  Kollha kellhom l-istess ammont ta’ kaloriji matul il-ġurnata, iżda nofshom kienu jieklu l-kolazzjon u nofshom ma kienux jieħduh.

Sabu li mhux il-kolazzjon wassal għat-tnaqqis fil-piż iżda l-bidla fir-rutina tal-ikel.  Dawk li qabel bdew id-dieta kienu jieħdu l-kolazzjon naqsu 8.9kg meta waqfu milli jkomplu jieħduh, filwaqt li dawk li baqgħu jieklu l-kolazzjon malli jqumu naqsu 6.2kg.  Dawk li qabel ma kienux jieħdu kolazzjon u bdew jiekluh naqsu 7.7kg u l-oħrajn li baqgħu jieħduh naqsu 6kg.

Analiżi li saret fl-2016 ta’ 10 studju dwar jekk hemmx rabta bejn il-kolazzjon u d-dieta wriet li hemm ftit provi li juru kemm fir-realtà huma dipendenti fuq xulxin.

Studju pilota li sar din is-sena sab li d-dieta magħrufa bħala ‘intermittent fasting’ li tikkonsisti f’sawm għal tul ta’ ħin, bl-ikel jittiekel f’ħin partikolari biss, per eżempju bejn id-9am u t-3pm, jidher li qed tkun iktar effettiva u tħalli r-riżultati mixtieqa fit-tnaqqis tal-piż.

Tiekol jew ma tiekolx kolazzjon hija deċiżjoni suġġettiva għax m’hawnx biżżejjed provi jekk hux tajjeb jew ħażin għal dieta sana.  Naħseb li l-aħjar li wieħed jiddeċiedi skont x’inhu l-iktar adattat għalih u jiekol meta jkollu l-ġuħ mhux b’vizzju.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

X Factor Malta qed isejjaħ għall-kontribut ta’ kompożituri u awturi li jixtiequ li l-kanzunetti tagħhom jiġu interpretati mill-kontestanti tal-programm. Il-kanzunetti li jiġu magħżula jiġu interpretati waqt il-‘live shows’ fil-fażi finali…

Forzi Armati

Jumejn oħra l-Forzi Armati jimmuntaw l-akbar parata annwali. L-okkażjoni hi l-festa nazzjonali ta’ Jum ir-Repubblika. Il-parata ta’ din is-sena se tinkludi wkoll l-hekk imsejħa Trooping The Colour . . ….

Kronaka

Anzjana sofriet xi ġrieħi wara li allegatament ġiet aggredita minn raġel fil-Ħamrun. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.15 ta’ waranofsinhar viċin il-knisja ta’ San Ġorġ Preca. Fuq il-post marru l-Pulizija u tim…

Qorti

Żewġ Somali tressqu l-Qorti akkużati b’pussess aggravat tad-droga kannabis, bi traffikar, u li huma riċedivi. Huma gew arrestati l-Ħadd li għadda mill-pulizija li kienu qed jagħmlu r-ronda fil-Ħamrun. Iż-żewġ irġiel…

Aktar