Statistika
Tripplaw in-nisa li jaħdmu, erba’ darbiet iktar barranin

L-istatistika u n-numri jagħtu stampa ċara tal-bidliet li qed iseħħu fis-soċjetà. L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għadu kif ħareġ pubblikazzjoni mill-aktar prattika b’dettalji dwar il-bidliet soċjali, ambjentali u ekonomiċi tal-aħħar snin.

Sa tmiem is-sena li għaddiet il-popolazzjoni f’Malta kienet tlaħħaq kważi nofs miljun pesuna, żieda ta’ 20 fil-mija meta mqabbel ma’ għaxar snin ilu waqt li fl-istess perjodu, l-għadd ta’ barranin żdiedu minn erbgħa għal 17 fil-mija.

Din hi waħda mix-xejriet elenkati f’pubblikazzjoni tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li ġew ippreżentati b’mod prattiku u sempliċi biex jinftehmu minn kulħadd.

Id-Direttur Ġenerali tal-NSO, Etienne Caruana qal li l-pubblikazzjoni turi l-isfidi u l-kisbiet ta’ Malta fl-aħħar snin u l-bidliet soċjali, ambjentali u ekonomiċi.

“L-ekonomija fl-aħħar snin kien hemm tkabbir kbir u dik magħha ġġib ħafna affarijiet, rajna l-immigrazzjoni żdiedet tant li l-popolazzjoni ta’ Malta hi l-aktar waħda densa fl-Ewropa, u naturalment iktar ma tikber il-popolazzjoni toħloq sfidi kbar fuq l-infrastruttura,” qal id-Direttur Ġenerali.

L-uffiċjali tal-NSO nnutaw fost l-oħrajn li fl-2018, ir-rata tal-persuni fir-riskju tal-faqar jew l-esklużjoni soċjali kienet 19%, bi kwart minnhom ikunu persuni ta’ ’l fuq minn 65 sena.

Fl-istess waqt l-uffiċċjal SueAnn Scott Drago qalet li fir-rigward tan-nisa fis-suq tax-xogħol kien hemm qabża sostanzjali. “Illum għandna employment rate għan-nisa li hija ta’ 61% waqt li għaxar snin ilu dik il-figura kienet 23% inqas.”

Fir-rigward tal-edukazzjoni, is-sena li għaddiet l-istudenti fl-edukazzjoni formali kienu jgħoddu aktar minn 80,000. “B’mod partikolari dawk li għandhom iktar minn 25 sena li żdiedu b’9% per eżempju bħal żdiedu l-istudenti wkoll in-numru ta’ studenti li qed jattendu fil-korsijiet fil-livell terzjarju.”

Fil-qasam tat-turiżmu, fl-aħħar għaxar snin it-turisti kważi rduppjaw għal total ta’ żewġ miljuni u nofs is-sena li għaddiet filwaqt li t-tul tal-btala bħala medja naqas b’ġurnata u nofs għal madwar sebat ijiem.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Tim ta’ ħmistax-il professjonist Malti f’Londra jinsabu qrib li f’isem Puttinu Cares jixtru proprjetà fiċ-ċentru ta’ Londra b’għoxrin appartament għall-pazjenti Maltin li jitilgħu għall-kura fl-isptarijiet ta’ Londra. Il-Perit Mark Borg…

Lokali

Bis-sħana tkompli tikkarga u b’aktar nies ifittxu x-xtut u l-bajjiet, l-iskart f’dawn il-postijiet jiżdied ġmielu anke jekk l-uffiċjali mill-Ministeru għall-Ambjent qed jinnutaw titjib meta mqabbel mas-sena li għaddiet. Minkejja li…

Lokali

Surġent u sitt kuntistabbli tal-pulizija li kienu jaħdmu fit-taqsima tat-traffiku tal-korp illum tressqu l-Qorti b’akkużi ta’ frodi u dikjarazzjonijiet foloz b’rabta mal-extra duties għall-kontroll tat-traffiku li kienu miftehma jagħmlu fuq…

Lokali

Il-binja l-ġdida fil-kumpless il-ġdid ta’ San Vinċenz De Paule, bdiet tilqa’ l-ewwel anzjani fis-swali ġodda fjamanati li huma mgħammra bħas-swali ta’ sptar. It-trasferiment tal-pazjenti qiegħed isir f’fażijiet, bil-biċċa l-kbira tal-anzjani…

Aktar