Kronaka
AĠĠORNAT (2): Triq Burmarrad magħluqa wara inċident b’mutur

Sewwieq ta’ mutur iddaħħal l-isptar għal kura wara ħabta fi Triq Burmarrad, f’Burmarrad.

L-inċident seħħ għal ħabta tas-6.15pm. TVM infurmat li l-ħabta seħħet bejn il-mutur, x’aktarx Kawasaki, u karozza tal-għamla Toyota.

Is-sewwieq tal-mutur huwa żagħżugħ ta’ 21 sena minn San Pawl il-Baħar.

Fuq il-post marru l-Pulizija biex jidderieġu t-traffiku, waqt li ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-isptar Mater Dei. Il-kundizzjoni tiegħu mhux magħrufa, iżda x’aktarx weġġa’ gravi.

Nifhmu li t-triq kellha tingħalaq miż-żewġ naħat għal xi ħin.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

L-MUT ordnat tilwima industrijali mal-Gvern u ordnat direttivi sabiex fi kliemha tħares is-saħħa u s-sigurtà tal-membri. Fi stqarrija, l-MUT qalet li ma ġiet involuta bl-ebda mod fid-diskussjonijiet dwar id-deċiżjoni mill-Gvern…

Għawdex

B’investiment ta’ €130,000 waslu fl-aħħar stadju tagħhom ix-xogħlijiet fuq l-għassa ta’ Marsalforn, biex fi ftit tax-xhur oħra tkun tista’ taqdi aħjar lir-residenti u l-eluf li jżuru l-lokalità speċjalment fix-xhur tas-sajf….

Radju

L-Awtorità tax-Xandir fi stqarrija informat lill-pubbliku li nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Ġunju bejn is-14:00 u l-17:00, se jkun hemm qtugħ fit-trasmissjoni tar-radju minħabba manutenzjoni fuq it-Torri tal-Għargħur. L-Awtorità qalet li se jsir sforz biex ix-xogħol…

COVID-19

Numru ta’ pajjiżi għada se jingħaqdu flimkien f’summit dinji ospitat mir-Renju Unit li għandu l-għan li joħloq alleanza ta’ għajnuna finanzjarja, studju u riċerka biex tinstab kura jew vaċċin għall-Coronavirus…

Aktar