Infrastruttura
Triq Ħal Luqa se tingħalaq fuq jumejn biex isiru l-aħħar xogħlijiet

Għaddejin l-aħħar tħejjijiet għat-tlestija ta’ Triq Ħal Luqa, li hija l-arterja ewlenija bejn Santa Luċija u Ħal Luqa. Bejn it-Tlieta filgħodu u l-Erbgħa waranofsinhar, it-triq se tingħalaq f’direzzjoni waħda sakemm isiru l-aħħar xogħlijiet.

B’investiment ta’ €2 miljun din it-triq inbniet mill-ġdid u twessgħet biex ikollha għall-ewwel darba passaġġ għall-mixi u r-roti li se jkun mal-ġenb tat-triq fuq in-naħa taċ-Ċimiterju tal-Addolorata.

Fl-istess waqt qed jiġu introdotti sistemi li jnaqqsu r-riskji ta’ inċidenti, fosthom dħul u ħruġ aħjar mir-roundabaouts fit-truf tagħha, sistemi ta’ crash barriers u dwal ġodda. Il-junctions bejn toroq residenzjali fiż-żona residenzjali ta’ Santa Luċija u din it-triq qed jitjiebu għal iktar sikurezza. Għall-ewwel darba wkoll f’din it-triq saru waqfiet għal vetturi tat-trasport pubbliku.

Bejn nhar it-Tlieta filgħodu sal-Erbgħa waranofsinhar, Triq Ħal Luqa se tingħalaq għat-traffiku sakemm isiru l-aħħar xogħlijiet, fosthom l-aħħar kisja tarmak. Infrastructure Malta qalet li sakemm din it-triq tkun magħluqa, is-sewwieqa li jkunu sejrin mill-Gudja, Ħal Qormi jew Ħal Luqa lejn Raħal Ġdid, iridu jgħaddu minn rotta alternattiva ta’ Dawret il-Gudja li twassal fi Triq il-Barrani.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Disk Jockey Ingliż kien Malta għal vaganza mas-sieħba tiegħu, li għal ftit ma ntemmitx fi traġedja. Huwa waqa’ m’għola erba’ sulari mill-gallarija tal-kamra tiegħu fil-lukanda Seabank, fil-Mellieħa. L-inċident seħħ fil-15…

Attività

Fl-okkażjoni tal-Ġimgħa għas-servizz pubbliku, matul il-ġurnata tal-Ħadd id-dipartiment tad-Dwana fetaħ il-bibien tiegħu għall-pubbliku f’Xatt Lascaris il-Belt. B’hekk il-pubbliku seta’ jara mill-qrib il-ħidma tal-uffiċjali tad-Dwana, li huwa dipartiment fi ħdan il-Ministeru…

Immigrazzjoni

Il-Forti Sant’ Anġlu, li għal medda ta’ snin kien l-għassies tal-kosta ta’ Malta, se jservi ta’ sfond għal-laqgħa tal-Ministri tal-Intern ta’ Malta, l-Italja, Franza u tal-Ġermanja, biex flimkien mal-Finlandja, li…

Politika

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li kemm bl-iżviluppi li qed isiru fl-infrastuttura, u anki bid-deċiżjonijiet għaqlin li ħa dwar il-prezzijiet taż-żejt, il-Gvern qed jipprepara lill-pajjiż għall-futur. Il-Prim Ministru ddikjara l-fiduċja…

Aktar