Lokali
Triq il-Wied f’Ħal Balzan se tkun qed tinbena mill-ġdid

Il-Ministru għall-Infrastruttura, Ian Borg ħabbar li Triq il-Wied, Ħal Balzan se tinbena mill-ġdid b’investiment ta’ aktar minn nofs miljun ewro. Ix-xogħol se jibda l-ġimgħa d-dieħla u mistenni jintemm sa Settembru li ġej.

F’konferenza tal-aħbarijiet, Dr Borg qal li x-xogħlijiet se jinkludu l-bdil tas-servizzi u t-triq se tiġi iktar għad-dritt. Qal li biex isir dan se jitneħħew żewġ siġriet li se jitpoġġew fi ġnien f’Ħal Balzan.

Dr Borg qal li din it-triq taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali iżda ma jiflaħx jiffinanzja dax-xogħol u għalhekk il-Gvern ser jidħol hu għal dan il-proġett. Huwa qal li din it-triq ilha fi stat ħażin tant li fl-2012, Deputat Parlamentari kien appella lill-Ministru għat-Trasport ta’ dak iż-żmien biex jintervjeni u jagħmel imqar ftit tiswija f’din it-triq, iżda kien wieġeb billi qal li din it-triq ma kinitx taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern u għalhekk baqgħet ma saritx.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Emma Muscat se tkanta fl-Isle of MTV. Dan tħabbar fil-paġna uffiċjali fuq Facebook tal-Isle of MTV Malta. Emma kisbet suċċess kbir u serqet il-qlub ta’ bosta Maltin wara li rnexxielha…

Lokali

Alessandro Salerno li tkeċċa mix-xogħol wara li tkellem pubblikament fuq l-isfidi mentali tiegħu, se jgħin fil-kampanja tal-Fondazzjoni Richmond biex tkun mgħammra dar fil-Ħamrun li se toffri servizzi lil tfal u…

Lokali

L-ispezzjonijiet li saru fl-aħħar ġimgħa f’diversi siti tal-kostruzzjoni f’Tas Sliema, f’San Ġiljan u fil-Gżira kkonfermaw li f’60% tagħhom kien hemm nuqqas ta’ osservanza tar-regolamenti tal-bini. Dawn ingħataw ġimagħtejn biex jirregolarizzaw…

Lokali

Ħalba xita qawwija bis-sajjetti fl-ewwel jum tal-istaġun tas-sajf, għarqet diversi lokalitajiet magħrufa fejn jinġemgħa l-ilma u fost oħrajn tat battikatta lid-dilletanti Qriema u s-Siġġiwin biex iħarsu l-armar tal-festa mill-ħsara li…

Aktar