Toroq
Triq li twassal lejn Tas-Silġ f’Marsaxlokk se titlesta l-ġimgħa d-dieħla

Triq il-Patrijiet Tereżjani, li tgħaqqad in-naħa urbana ta’ Marsaxlokk mal-inħawi rurali Tas-Silġ, mistennija titlesta l-ġimgħa d-dieħla, hekk kif inbniet mill-ġdid.

Dan qalitu Infrastructure Malta għall-mistoqsijiet ta’ TVM dwar din it-triq, hekk kif fl-aħħar jiem għadd ta’ sewwieqa bdew isibu diffikultà biex jgħaddu min-naħa għall-oħra tar-raħal.

Is-sitwazzjoni kienet iggravata b’nuqqas ta’ tabelli, u anki min isib l-uniku rotta alternattiva, ikollu jgħaddi minn sqaq li jagħmilha diffiċli għal karozzi biex jgħaddu miż-żewġ direzzjonijiet.

Infrastructure Malta spjegat li fejn hu possibbli x-xogħol isir f’fażijiet differenti biex it-triq tinżamm miftuħa, iżda kultant ikollha tingħalaq, u hawn is-sewwieqa jridu jgħaddu minn triq rurali li hemm viċin din it-triq.

Infrastructure Malta qalet li nnutat id-diffikultajiet li ltaqgħu magħhom ir-residenti fl-aħħar jiem u qed taħdem biex ix-xogħol jitlesta mill-aktar fis. Żiedet li fl-istess waqt, talbet lill-kuntrattur jaċċerta li t-tabelli temporanji ta’ waqt ix-xogħol jindikaw b’mod ċar ir-rotta alternattiva.

L-awtorità qalet li din it-triq hija fost iktar minn disgħin triq residenzjali li nbnew mill-ġdid, u li ħafna minnhom lesti jew waslu biex jitlestew.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

L-Oppożizzjoni qalet fi stqarrija li se titlob lill-Kumitat Parlamentari għall-fondi pubbliċi biex jinvestiga b’urġenza l-għoti tal-hekk imsejħa “golden handshake” lill-uffiċjali biex jirriżenjaw mill-impjieg. Dan wara, fost oħrajn, il-protest ġudizzjarju li…

Turiżmu

L-ogħla numru ta’ passiġġieri li daħlu Malta f’sena abbord cruise-liner mistenni jintlaħaq din is-sena. Bi kważi disa’ mitt elf passiġġier, il-Kap Eżekuttiv tal-Valletta Cruise Port, Stephen Xuereb, qal li l-2019…

Immigrazzjoni

Ir-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u l-Italja ġew diskussi fl-ogħla livell f’taħditiet f’Ruma bejn il-President George Vella u l-President Sergio Mattarella propju fl-istess ħin li fuq il-baħar kienet għaddejja kwistjoni oħra…

Kronaka

Raġel weġġa’ gravi f’inċident f’Marsaxlokk. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5.00pm fi Triq Delimara. Il-Pulizija tad-Distrett marret fuq il-post fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel ta’ 36 sena li jgħix il-Kalkara kien qed…

Aktar