Lokali
Triq Manwel Dimech, Ħal Qormi magħluqa għada filgħodu
Stqarrija maħruġa minn Transport Malta qed tinforma lill-pubbliku li għada, il-Ħadd 14 ta’ Jannar 2018 ser jingħata l-asfalt fi Triq Manwel Dimech Ħal Qormi, bejn is-6.00 ta’ filgħodu u nofsillejl.
Waqt il-ħin tax-xogħol, it-triq minn ħdejn ir-roundabout fejn il-Pavi Supermarket sa ħdejn ir-roundabout ta’ ħdejn Gaff Petrol Station mhux ser tkun aċċessibbli għat-traffiku, inkluż għat-trasport pubbliku.
Jekk it-temp jippermetti mbagħad, il-linji tat-traffiku jinżebgħu bejn it-Tnejn 15 u l-Erbgħa 17 ta’ Jannar 2018. Biex jitnaqqas l-inkonvenjent għat-traffiku, ix-xogħol ser isir matul il-lejl bit-triq tingħalaq għat-traffiku bejn is-19:00 ta’ filgħaxija u l-5.00 ta’ filgħodu.
Xi xogħlijiet, li ma jaffetwawx it-traffiku ser isiru matul il-jum f’fażijiet biex it-triq tibqa’ miftuħa.
Il-pubbliku huwa mitlub jevita din iż-żona u jgħaddi minn toroq alternattivi.  Uffiċjali ser ikunu fuq il-post biex jgħinu fl-immaniġġjar tat-traffiku.
Aħbarijiet Oħra
Kultura

Kull belt u raħal f’Malta għandha minn waħda sa tnejn. Il-baned għadhom parti integrali mis-soċjetà Maltija u llum il-ġurnata komplew jifirxu l-ħidma tagħhom barra minn Malta b’kunċerti li bihom iżidu…

Politika

Il-Prim Ministru Joseph Muscat fil-jiem li ġejjin se jkollu diversi impenji fi New York, li jilħqu l-qofol tagħhom nhar il-Ħamis bid-diskors mistenni tiegħu fit-73 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda. It-tema…

Partit Nazzjonalista

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li fil-kwistjoni tat-trasport b’xejn għall-iskejjel, il-Gvern l-ewwel ried jimpressjona biex iġib il-voti u issa fir-realtà ħafna nies mhux se jinqdew minħabba li s-sistema mhix…

Lokali

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat dalgħodu qal li dwar l-immigrazzjoni qed jiżdied l-infurzar biex il-komunitajiet jgħixu b’serenità, mhux biss b’ħidma ikbar mill-pulizija, iżda anki b’użu tat-teknoloġija. Dr Muscat…

Aktar