Kultura
Trittiku antik dedikat lill-Madonna tas-Sokkors se jiġi studjat u restawrat

Trittiku ddedikat lill-Madonna tas-Sokkors, li jifforma parti mill-kollezzjoni tal-Mużew tal-Katidral tal-Imdina, se jiġi studjat fil-fond mill-Università, li qalet li din se tkun l-ewwel pittura f’Malta li se tiġi studjata b’mod 3D. It-tliet pannelli ta’ din l-opra ta’ arti se jiġu konservati u restawrati.

Dan huwa trittiku ddedikat lil Verġni tas-Sokkors li jifforma parti mill-kollezzjoni tal-Mużew tal-Katidral tal-Imdina. Fin-nofs juri lill-Madonna tas-Sokkors u fil-ġnub lil San Pietru u San Ġakbu. Il-kwadri huma mżejna b’xeni tal-Lunzjata u l-Golgota f’kull waħda mill-ponot ta’ fuq tat-tliet pannelli.

Charlene Vella li hija lecturer fid-Dipartiment tal-Arti u l-Istorja tal-Arti fl-Università qalet li dan ix-xogħol artistiku kien kkummissjonat fl-aħħar tas-seklu ħmistax u hu wieħed mill-ftit kwadri ta’ żmien ir-rinaxximent attribwiti lill-Isqalli Antonio de Saliba. Spjegat li t-trittiku ġie attribwit lil dan l-artist wara li fost l-oħrajn tqabbel ma’ żewġ xogħlijiet dokumentati ta’ Antonio de Saliba li jinsabu fil-knisja ta’ Santa Maria ta’ Ġesu fir-Rabat.

Dr Vella qalet li fl-imgħoddi dan it-trittiku tgħatta b’saffi ħoxnin ta żebgħa.

“Illum qed inkunu iktar sensittivi meta jsir xogħol ta’ restawr. Fil-passat kien ikun hemm iktar libertajiet li kienu jittieħdu. L-interventi ma kinux ikunu daqshekk sensittivi allura biex nifhmu l-kwadru oriġinali hemm bżonn li naraw x’hemm taħt u jekk nistgħu u jkun qed fadal biżżejjed żebgħat nagħtu każ nibdew naslu lejn il-layer oriġinali” qalet Dr Vella.

L-istudju li se jsir mid-Dipartiment tal-Arti u l-Istorja tal-Arti tal-Università tinkludi interventi li se jsiru bi scanning 3D u analiżi xjentfika. Ir-restawratur Pierre Bugeja spjega li dan se jkun kruċjali biex joffri stampa aktar preċiża ta’ x’jenħtieġ isir fir-restawr.

”Ix-xjenza llum qed issir dejjem iktar non-invasive jiġifieri t-teknika li se nużaw hawnhekk hija non-invasive jiġifieri kemm jista’ jkun se nieħdu l-informazzjoni qabel nibdew mingħajr ma mmissuha” qal ir-restawratur Pierre Bugeja.

Ir-Rettur tal-Università Alfred Vella radd ħajr lill-Malta Airport Foundation li tat tlieta u għoxrin elf ewro għar-riċerka u qal li l-Università se tkompli tappoġġja sforzi biex tħares il-wirt artistiku Malti.

Aħbarijiet Oħra
Festi

Tliet politiċi kienu fost tnejn u għoxrin personalità li ġew onorati bid-dekorazzjonijiet tal-istat. Magħhom ġew onorati wkoll diversi personalitajiet għas-servizzi li taw fil-karrieri distinti tagħhom. Fosthom jispikkaw il-kuntistabbli Simon Schembri,…

Stejjer Umani

Omm Maltija tista’ tgħix ħajja normali wara li rċeviet trapjant minn organu ta’ baqra. Shirley Fenech, omm Maltija, għexet ħajja normali sal-2016 meta ħabta u sabta ħassha ħażin, intilfet minn…

Lokali

Il-Prim Minsitru tar-Renju Unit, Theresa May, qalet li hi mhix se tmexxi l-Partit Konservattiv għall-elezzjoni ġenerali li jmiss, erba’ snin oħra. May għamlet din id-dikjarazzjoni fi Brussel qabel daħlet għal-laqgħa…

Lokali

Qed jinbidlu bħalissa l-bozoz kollha li jdawlu t-toroq ewlenin f’Malta fi proġett li mistenni jnaqqas il-konsum tal-elettriku b’madwar 70%. Il-bozoz il-ġodda, aktar minn tliet elef, huma tal-għamla LED u joffru…

Aktar