Barranin
Trump bi pjan biex l-Istati Amerikani jiftħu l-ekonomiji mill-ġdid b’mod gradwali

Waqt li l-Coronavirus qed tkompli tinfirex fl-Istati Uniti, il-President Donald Trump qal lill-gvernaturi biex jiftħu l-ekonomiji b’mod gradwali fix-xhur li ġejjin.

Il-linji gwida għal “Opening up America Again” huma mifruxa fuq tliet fażijiet biex l-istati jneħħu l-lockdown b’mod gradwali.

Skont l-aħħar ċifri, l-Istati Uniti għandhom aktar minn 675,000 każ konfermat u aktar minn 34,000 tilfu ħajjithom kawża tal-pandemija.