Barranin
Trump bi struzzjonijiet biex jitwaqqaf il-finanzjament lill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa

Il-President Amerikan Donald Trump ħabbar li ta struzzjonijiet biex iwaqqaf il-finanzjament li kien jagħti pajjiżu lill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa. Skont Trump, l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, il-WHO qed tonqos mill-azzjoni li suppost ħadet fuq l-imxija tal-Covid-19. L-Istati Uniti hija l-ikbar kontributur tal-fondi lejn l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, fejn is-sena li għaddiet tat mal-erba’ mitt miljun dollaru.

Trump akkuża lill-WHO li t-tmexxija tagħha fuq dan il-virus hija ħażina u qed tgħatti l-imxija tal-virus fiċ-Ċina u li għal dan il-WHO għandha tinżamm responsabbli. Iċ-Ċina tagħti ferm inqas finanzjament lill-WHO, fejn b’kollox bejn is-sena 2018 u s-sena ta’ wara tat mas-sitta u tmenin miljun dollaru.

Din mhix l-ewwel darba li Trump akkuża lill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa li qed tieħu linja favur iċ-Ċina b’detriment għal pajjiżi oħra fid-dinja.

B’reazzjoni għal dan is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda Antonio Guterres qal li dan mhuwiex iż-żmien li jinqatgħu l-fondi tal-Istati Uniti lejn l-Għaqda Dinija tas-Saħħa.

Aħbarijiet Oħra

Il-President Amerikan Donald Trump ħallas biss $750 f’taxxi fuq id-dħul tiegħu fl-2016. Rapport fuq in-New York Times, li kisbet aċċess għal informazzjoni li tmur lura aktar minn 20 sena, jgħid…

Fil-Venezwela kważi 200 persuna li jaħdmu bħala paramediċi fil-qasam tas-saħħa tilfu ħajjithom minn Marzu ‘l hawn kawża tal-imxija tal-Covid-19. Fil-Venezwela nstabu mil-lanqas 68,000 persuna li kellhom il-Coronavirus li minnhom tilfu…

Il-votanti fl-Iżvizzera vvutaw kontra l-proposta li jiġu fi tmiemu ftehim mal-Unjoni Ewropea dwar il-moviment ħieles tal-persuni. Skont SRF, ir-riżultat tar-referndum se jkun 63% b’37%. L-Iżvizzera mhijiex membru tal-Unjoni Ewropea, imma…

Il-forzi tal-Armenja u l-Ażerbajġan qed jiġġieldu dwar ir-reġjun Nagorno-Karabakh, u twaqqa’ tal-inqas ħelikopter wieħed tal-Ażerbajġan. L-Armenja qalet li l-Ażerbajġan beda jattakkaha mill-art u mill-ajru u wara ddikjarat l-liġi marzjali. Min-naħa…

Aktar