Barranin
Trump iħassar laqgħa mat-Talibani

Il-President Amerikan Donald Trump ikkanċella laqgħa mat-Talibani li fiha kien ser ikun miftiehem ftehim ta’ paċi. Trump kellu jiltaqa’ mal-President Afgan Ashraf Ghani u mexxejja għolja tat-Taliban iżda l-laqgħa tħassret wara lit-Talibani ammettew li wettqu attakk vjolenti f’Kabul u qatlu suldat Amerikan fost 12-il persuna oħra.

Kieku dan ma seħħx l-Istati Uniti kienet ser tilhaq ftehim ta’ paċi fil-prinċipju mat-Talibani li permezz tiegħu kienu joħorġu mill-Afganistan 5,400 suldat Amerikan fi żmien 20 ġurnata. Bħalissa l-Istati Uniti għandha 14,000 suldat fl-Afganistan.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Xjentisti fl-Istati Uniti jemmnu li sabu kura għall-virus li jikkawża r-riħ u viruses oħra li jixbħuh u li jistgħu jikkawżaw paraliżi. Għall-kuntrarju tal-perċezzjoni li teżisti, sal-lum ma teżistix kura għar-riħ,…

Barranin

L-ex Prim Ministru Taljan, Matteo Renzi rriżenja mill-Partit Demokratiku biex joħloq partit ieħor. Id-deċiżjoni ta’ Renzi jaf timmina l-koalizzjoni l-ġdida li ffurmat ftit tal-jiem ilu bejn il-PD u l-Moviment Cinque…

Barranin

Sarah Thomas kisret rekord tal-għawm meta qasmet mir-Renju Unit sa Franza erba’ darbiet fuq xulxin, tant li qattgħet 54 siegħa fl-ilma. Thomas, li għandha 37 sena u hija Amerikana, hija…

Barranin

Dik li kellha tkun imħatra bejn 3 ġuvintur spiċċat fi traġedja hekk kif tilfu ħajjithom huma u jippruvaw jisirqu xi residenzi privati. It-traġedja seħħet f’Georgia, fl-Amerka meta 3 ġuvintur liebsin…

Aktar