Barranin
Trump iħejji ruħu wara l-attakki fuq l-impjanti taż-żejt fl-Arabja Sawdija

L-Istati Uniti ppubblika imaġini meħuda minn sateliti biex isaħħaħ l-argument tiegħu li l-Iran kien il-moħħ wara l-attakki li saru fuq ir-raffineriji taż-żejt fl-Arabja Sawdija.

Min-naħa tiegħu, l-Iran qed jiċħad kull tip ta’ involviment fl-attakki li seħħew nhar is-Sibt.

Aktar kmieni s-Segretarju tal-Istat Amerikan, Mike Pompeo, waħħal fl-Iran għall-attakki bid-drone fuq il-faċilitajiet taż-żejt tal-Arabja Sawdija. Huwa ċaħad id-dikjarazzjoni tar-ribelli Houthi tal-Jemen, li kienu huma li attakkaw iż-żewġ faċilitajiet tal-kumpanija Aramco, immexxija mill-istat.

Dan l-attakk, li sar permezz ta’ drones affettwa 5% tal-produzzjoni taż-żejt dinji u wassal biex il-prezz taż-żejt jogħla.

Fi Tweet, il-President Donald Trump qal li pajjiżu jinsab lest biex japprova kontrattakk meta jkun magħruf min wettaq dan l-attakk.

Ara wkoll:

L-Istati Uniti twaħħal fl-Iran għall-attakki fuq l-impjanti taż-żejt fl-Arabja Sawdija

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-kap tal-isptar San Raffaele f’Milan l-Italja, Alberto Zangrillo, qal li klinikament il-virus m’għadux jeżisti fl-Italja. F’intervista mar-RAI huwa qal li l-iswab tests li saru fl-aħħar 10 ijiem urew li l-virus huwa…

Barranin

Il-Gvernatur ta’ Minnesota, Tim Walz qal li l-protesti li bdew f’Minneapolis wara l-mewt ta’ George Floyd u li nfirxu f’għadd ta’ stati oħra tilfu l-veru sens tagħhom. L-irvellijiet feġġu u…

Barranin

Fl-Indja, grupp ta’ xadini rnexxielhom jaħtfu kampjuni tad-demm ta’ pazjenti infettati bil-Coronavirus minn sptar fid-distrett ta’ Meerut f’Úttar Pradesh. Il-Ħamis li għadda, grupp ta’ xadini għamlu għal ħaddiem f’laboratorju li…

Aktar