Barranin
Trump iħoss li l-elezzjonijiet kienu suċċess kbir għalih

Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump fisser bħala suċċess kbir għalih l-elezzjonijiet ta’ nofs il-leġiżlatura minkejja riżultati mħallta għar-Repubblikani.

Id-Demokratiċi kisbu l-maġġoranza tas-siġġijiet fil-Kamra tar-Rappreżentanti, b’din tkun daqqa ta’ ħarta kbira għall-President Trump għax jistgħu jiddettawlu l-aġenda parlamentari. Madankollu, ir-Repubblikani saħħew il-pożizzjoni tagħhom fis-Senat.

Id-Demokratiċi fl-Istati Uniti rebħu l-maġġoranza fil-Kamra tar-Rappreżentanti fl-elezzjonijiet ta’ nofs il-leġislatura. Huma kisbu aktar minn 23 siġġu li għandhom bżonn biex jieħdu l-kontroll tal-Kungress Amerikan li għandu 435 siġġu.

Ir-rebħa konvinċenti tad-Demokratiċi fil-Kungress Amerikan għall-ewwel darba fi tmien snin, tfisser li jkunu jistgħu jagħmluha aktar diffiċli għall-President Donald Trump biex jimplimenta l-aġenda tiegħu, fosthom il-wegħda li jibni ħajt fuq il-fruntiera mal-Messiku.

Fis-Senat iżda, ir-Repubblikani kkonsolidaw il-maġġoranza li diġà għandhom u dan se jassigura li l-President Donald Trump ikollu maġġoranza biex jikkonferma ħatriet eżekuttivi u ġudizzjarji.

L-elezzjoni tal-bieraħ tikkonferma xejra storika li l-partit li mhux fit-tmexxija tal-White House, imur tajjeb fl-elezzjonijiet ta’ nofs il-leġislatura. Il-President Trump iżda qal li r-riżultati sfidaw l-istorja għax il-partit fit-tmexxija normalment ma’ jżidx siġġijiet f’dawn l-elezzjonijiet.

Huma aktar minn 100 mara li ġew eletti u l-votanti f’Minnesota u f’Michigan eleġġew l-ewwel żewġ nisa Musulmani, it-tnejn Demokratiċi sabiex iservu fil-kungress Amerikan. Waħda minnhom kienet refuġjata li ħarbet mill-gwerra ċivili fis-Somalia u l-oħra mwielda Detroit u hija ta’ nisel Palestinjana.

L-iżgħar żewġ membri tal-Kungress li ġew eletti huma t-tnejn nisa Demokratiċi li għad għandhom 29 sena u għall-ewwel darba fil-kungress ġiet eletta wkoll minn Massachusetts, l-ewwel mara sewda f’isem il-partit tad-Demokratiċi.

F’dawn l-elezzjonijiet, id-demokratiku Jared PolisDemocrat ta’ 43 sena, sar l-ewwel raġel omosesswali li ġie elett Gvernatur ta’ stat Amerikan wara li rebaħ Colorado.

Intant skont uffiċjali tal-elezzjonijiet, minn Nevada ġie elett ukoll il-kandidat Reppublikan, sid ta’ burdell, li miet xahar ilu, Dennis Hof ta’ 72 sena. Uffiċjali qalu li se jaħtru kandidat ieħor mill-istess partit biex jimla’ s-siġġu battal.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

L-istilla ta’ Juventus u t-tim nazzjonali tal-Portugall Cristiano Ronaldo approfitta mir-rebħ tal-kampjonat mit-tim tiegħu u għall-Għid mar jiċċelebra mas-sieħba tiegħu Georgina fil-Kroazja. Waqt btala ta’ tliet ijiem f’Dubrovnik, spikka l-lussu…

Saħħa

Mara li sofriet minn ġrieħi serji f’moħħha wara li kienet involuta f’inċident ikrah tat-traffiku fl-Emirati Għarab Magħquda qamet minn koma li kienet fiha għal kważi 3 diċenji. Munira Abdulla kienet…

Barranin

Il-President tal-Filippini Rodrigo Duterte hedded lill-gvern Kanadiż bi gwerra jekk ma jiħux lura l-iskart li bagħtu fil-pajjiż. Mal-2,450 tunnellata skart intbagħtet lejn il-Filippini fl-2013 u l-2014 iżda meta sarulha l-ispezzjonijiet,…

Kurżitajiet

Il-President tal-Liberja u eks plejer tal-football Afrikan, George Weah spiċċa jaħdem mid-dar hekk kif l-uffiċċju tiegħu spiċċa b’infestazzjoni ta’ sriep. Il-President flimkien ma’ ħaddiema oħrajn intalbu ma jersqux lejn il-ministeru…

Aktar