Barranin
Trump ikeċċi lis-Segretarju tal-Istat Amerikan Rex Tillerson

Il-President Amerikan Donald Trump keċċa lis-Segretarju tal-Istat Amerikan, Rex Tillerson u minfloku ħatar lid-direttur tas-CIA, Mike Pompeo.

Waqt li rringrazzja lil Tillerson għas-servizz tiegħu, Trump qal fuq Twitter li s-Segretarju tal-Istat il-ġdid ser jagħmel biċċa xogħol fantastika. Huwa nnomina lil Gina Haspel biex tkun l-ewwel direttriċi mara tas-CIA.

Uffiċjal għoli fil-White House qal li l-President ried jassigura li jkollu t-team ġdid qabel it-taħdidiet mal-Korea ta’ Fuq u negozjati dwar il-kummerċ internazzjonali.

F’kummenti lill-ġurnalisti, il-President Trump qal li ma kienx jaqbel ma’ Tillerson waqt l-eks Segretarju tal-Istat qal li ma jafx x’kienet ir-raġuni tat-tkeċċija.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-partitarji Messikani spiċċaw biex immarkaw fuq l-apparat li jkejjel it-terremoti. Tant qabżu bil-ferħ il-partitarji lbieraħ li l-apparat li jimmarka l-qawwa tat-terremoti, immarka bħallikieku seħħet theżżiża. Il-Messiku rebaħ 1-0 kontra…

Barranin

Il-plejer Eġizzjan Mohamed Salah iċċelebra għeluq sninu f’Ċeċnija hekk kif flimkien mat-tim tiegħu, jinsab ir-Russja għat-Tazza tad-Dinja 2018. Minkejja li l-ġurnata t’għeluq sninu ma bdietx bit-tajjeb wara li l-Eġittu tilef kontra…

Barranin

Il-Prinċep Kambodjan u eks Prim Ministru Norodom Ranariddh u martu Ouk Phalla kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku ikraħ huma u sejrin għal attività politika. Il-Prinċep u martu ttieħdu l-isptar b’urġenza wara li taxi…

Barranin

Il-politiku konservattiv Ivan Duque ġie elett President tal-Kolumbja. Bil-voti kważi kollha magħduda, Duke ġab 54% tal-voti filwaqt li r-rival tiegħu Gustavo Petro ġab 42%. Ir-riżultat qed iqajjem tħassib dwar il-ġejjieni…

Aktar