Barranin
Trump irid li l-alleati tan-NATO jirduppjaw l-ispiża fil-militar

Il-President Amerikan Donald Trump ħeġġeġ l-alleati tan-NATO biex jallokaw 4% tal-prodott domestiku gross tagħhom għall-militar, id-doppju tal-mira attwali.

Il-White House ikkonferma li Trump ippropona s-suġġeriment waqt is-summit annwali tan-NATO fi Brussel. Trump ikkritika wkoll lill-Ġermanja għall-budget li talloka għad-difiża.

Is-Segretarju Ġenerali tan-NATO, Jens Stoltenberg, irrifjuta li jwieġeb għall-mistoqsija speċifika dwar ir-rimarki ta’ Trump, u qal biss li l-pajjiżi membri tan-NATO għandhom l-ewwel jiffokaw fuq qbil dwar il-mira kurrenti ta’ 2% qabel ma jiddiskutu miri aktar ambizzjużi.

Intant, id-diskussjonijiet fis-summit tal-lum mistennija jkunu ffukati fuq il-kunflitti fl-Afganistan.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Anzjani fil-Kanada kellhom iktar minn sempliċi indiġestjoni wara ikla fiċ-ċentru tal-komunità tagħhom f’Whitestone. Uħud mill-anzjani kellhom jingħataw assistenza medika meta bdew iħossuhom storduti jew bdew jirremettu. Mill-investigazzjonijiet ħareġ li l-anzjani kienu…

Barranin

L-attriċi Emilia Clarke, li tinterpreta l-parti tal-prinċipessa Daenerys Targaryen fis-serje televiżiva Game of Thrones, żvelat li kienet f’xifer il-mewt waqt li kienet qed tinġibed is-serje. Clarke, li għad għandha biss…

Barranin

Il-Pulizija Ġermaniża arrestat 10 persuni fuq suspett li kienu qed jikkomplottaw attakk terroristiku. L-arresti saru wara li 200 uffiċjal tal-pulizija għamlu diversi raids f’Hesse u Rhineland-Palatinate. L-irġiel kienu qed jikkomplottaw biex…

Barranin

L-investigatur Robert Mueller li tħarreġ l-konessjonijiet u l-allegat influwenza li r-Russja kellha fuq l-eżitu tal-elezzjonijiet presidenzjali tal-2016, ikkonkluda r-rapport kunfidenzjali u ppreżentah lill-avukat ġenerali William Barr. Ir-rapport li jtemm investigazzjoni…

Aktar