Barranin
Trump irtira mill-komunikat tas-summit tal-G7 u akkuża lill-Kanada b’diżonestà

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump irtira mill-komunikat konġunt li nħareġ fi tmiem is-summit tal-G7 u akkuża lill-Kanada b’diżonestà. Huwa qal li pajjiżi oħra qed jimponu “tariffi massivi” fuq l-Istati Uniti.

Il-komunikat konġunt, favur sistema ta’ kummerċ ibbażata fuq regoli, intlaħaq minkejja tensjoni mal-Istati Uniti fuq ħadid u aluminium impurtati mill-Istati Uniti. L-Unjoni Ewropea se żżomm mal-komunikat, minkejja d-deċiżjoni ta’ Trump.

Il-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau wiegħed li jagħfas fuq tariffi b’ritaljazzjoni fl-ewwel ta’ Lulju. F’konferenza tal-aħbarijiet huwa ddeskriva d-deċiżjoni ta’ Trump li jinvoka tħassib fuq is-sigurtà nazzjonali biex jiġġustifika t-tariffi fuq ħadid u aluminium bħala insult. Qal li l-Kanadiżi huma raġjonevoli iżda mhux se jippermettu ‘l min jgħaddihom biż-żmien.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Zac Oliver, tifel Ingliż ta’ 4 snin minn Broseley, Shropshire, ibati minn kanċer rari li jista’ jiġi kkurat biss fl-Amerka. Il-familja ta’ Zac għamlu diversi kampanji għall-ġbir ta’ fondi biex…

Brexit

Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May qalet li hemm xogħol iebes biex jingħelbu d-differenzi kbar li hemm mal-Unjoni Ewropea dwar il-fruntiera tal-Irlanda bit-tama li jintlaħaq ftehim għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea….

Kurżitajiet

Tivjaġġa kemm tivjaġġa, ħafna drabi pajjiż jimpressjonak mhux bil-postijiet storiċi, it-tradizzjonijiet u l-kultura, iżda wkoll bl-ikel li tiekol fit-tali pajjiż. Imma liema huwa l-itjeb platt?  Fejn tista’ ssibu?  Skont is-CNN,…

Ċina

Ċiniż spiċċa arrestat wara li qarraq b’familtu li taparsi miet. Mal-aħbar martu qatlet lilha nnifisha u lill-uliedha. Ir-raġel ta’ 34 sena kien maħsub mejjet wara li l-karozza nstabet fi xmara…

Aktar