Trump isostni li ċ-Ċina u l-Ukrajna għandhom jinvestigaw lil Joe Biden

Il-President Amerikan Donald Trump qed jaffaċċja inkjesta għat-tkeċċija mill-kariga wara li ħeġġeġ lill-Ukrajna biex tinvestiga lir-rival politiku tiegħu Joe Biden, ex viċi President Amerikan. Trump issa qed jagħmel l-istess fejn ħeġġeġ liċ-Ċina biex tinvestiga lil Biden.

Trump sostna li kemm iċ-Ċina u anki l-Ukrajna għandhom jinvestigaw lill-kandidat demokratiku għall-elezzjoni presidenzjali Joe Biden u lil ibnu Hunter, fejn allega li dawn kienu involuti f’kuntatti ta’ negozji mal-Ukrajna u ċ-Ċina, u dan b’kunflitt ta’ interess għax Biden kien viċi President Amerikan.

Id-Demokratiċi qed jakkużaw lil Trump li qed joffri għajnuna militari bħala mod kif joħloq pressjoni fuq l-Ukrajna biex jitfgħu t-tajn fuq Joe Biden.

Kienet telefonata li saret f’Lulju li għadda bejn Trump u l-President tal-Ukrajna Volodymr Zelensky li instigat biex tinbeda inkjesta għat-tkeċċija ta’ Trump.

Meta affaċċjat biex jagħti r-reazzjoni għall-inkjesta dwar it-tkeċċija tiegħu, Trump xejjen din l-inkjesta li ddeskriviha bħala imbarazz.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

F’Pariġi, protesta viċin l-istazzjon tal-ferrovija Gare de Lyon wassal biex żviluppa nar qawwi, bil-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili kellhom jevakwaw in-nies miż-żona. Qed ikun irrapurtat li n-nar tqabbad minn dimostranti li nġabru…

Barranin

Tal-inqas 33 suldat Tork inqatlu f’attakk mill-ajru mill-forzi tar-reġim Sirjan fil-Majjistral tas-Sirja. Il-Gvernatur tal-Provinċja ta’ Hatar, Rahmi Dogan qal li kien hemm aktar persuni midruba fil-provinċja ta’ Idlib. Aktar tard,…

Barranin

Il-bugħaddas Russu Alexey Molchanov kiser ir-rekord tal-Guinness World Record li għodos għal 180 f’tul ta’ metru f’ilma inġazzat, f’nifs wieħed. Molchanov għamel din l-isfida fi kważi tliet minuti. Huwa kien…

Barranin

Il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Apple, Tim Cook, ħabbar li s-sena d-dieħla l-kumpanija se tkun qed tiftaħ l-ewwel ħwienet tagħha fl-Indja. Hu ħabbar dan waqt laqgħa tal-azzjonisti, fejn qal li l-kumpanija kellha…

Aktar