Barranin
ARA: Trump itemm ir-relazzjoni mal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa

Il-President Amerikan, Donald Trump qal li se jagħmel pass drastiku u jtemm ir-relazzjoni bejn l-Istati Uniti u l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO). Huwa ħabbar dan ftit sigħat ilu flimkien ma’ miżuri oħra li għandhom “jikkastigaw” lil Beijing.

Ix-xahar li għadda, Trump waqqaf il-fondi li l-Istati Uniti jagħtu lill-WHO għax qal li din naqqset milli żżomm liċ-Ċina responsabbli għall-imxija tal-coronavirus.

Tard ilbieraħ filgħaxija, Trump qal li ċ-Ċina għandha kontroll totali tal-WHO u għalhekk Washington se jkun qed jagħti l-fondi lil għaqdiet oħra minflok l-WHO.

Dan il-pass jista’ jkun diżastruż għall-WHO speċjalment waqt pandemija. L-Istati Uniti huma l-akbar kontributur tal-WHO u s-sena l-oħra tawha aktar minn $400 miljun.

Fost dawk li kkritikaw id-deċiżjoni ta’ Trump kien hemm l-Ispeaker tal-Kamra Nancy Pelosi.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-Direttur tal-FBI Christoher Wray qal li l-operazzjonijiet ta’ serq ta’ intelligenġa u spjunaġġ mill-Gvern Ċiniż hu l-akbar thedddida għall-futur tal-Istati Uniti. Huwa qal dan waqt li kien qiegħed jitkellem fl-Istitut ta’…

Barranin

Il-maġġoranza assoluta tan-nies li jittestjaw pożittiv għall-Covid-19 ma jurux sintomi fil-ġurnata li jmorru għat-test. Dan joħroġ minn studju li saru fir-Renju Unit li wera li 2 minn kull 10 persuni…

Barranin

Il-President tal-Brażil, Jair Bolsonaro, ittestja pożittiv għall-Covid-19 fir-raba’ test għal virus li ilu bosta ġimgħat jirreferi għalih bħala ‘influwenza żgħira’ u qal li ħadd m’hu se jkun affettwat serjament minnha….

COVID-19

F’għeluq ir-raba’ xahar minn meta feġġ l-ewwel każ tal-coronavirus f’Malta, ir-rata ta’ trasmissjoni tal-virus minn persuna għall-oħra, l-hekk imsejjaħ R Factor, nizel għal 0.33, li jfisser li tliet persuni jistgħu…

Aktar