Barranin
Trump iwissi li se jibgħat l-armata biex tikkontrolla l-protesti

Il-President Amerikan Donald Trump wissa li ser jibgħat il-militar biex jikkontrolla l-protesti vjolenti li qed isiru wara l-qtil ta’ George Floyd.

Trump qal li jekk l-awtoritajiet lokali tal-istati mhux ser jirnexxielhom jikkontrollaw is-sitwazzjoni biex tingħata protezzjoni lir-residenti ser jordna l-kontroll mill-armata. Għadd ta’ bliet ħarġu ordni biex ħadd ma joħroġ mid-dar iżda din l-ordni ma kinitx obduta.

Sadanattant f’Washington il-Pulizija ta’ kontra l-irvellijiet kellhom jużaw il-gass tad-dmugħ biex jikkontrollaw il-protesti.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Sittax-il persuna hu maħsub li mietu u disa’ oħra huma rrappurtati nieqsa wara xita qalila fil-gżira Ġappuniża ta’ Kyushu, li kkawżat għargħar u valangi tat-tajn. Erbatax mill-vittmi nstabu f’residenza għall-anzjani…

COVID-19

Il-Messiku rreġistra aktar minn 30,000 mewt bil-coronavirus hekk kif il-virus qed ikompli jinfirex f’dan il-pajjiż fl-Amerika Latina, li hu fost l-aktar li ntlaqat ħażin mill-Covid-19. Il-Ministeru għas-Saħħa tal-Messiku qal li…

COVID-19

Ir-reġjun Spanjol ta’ Katalunja reġa’ mpona restrizzjonijiet biex irażżan l-imxija f’żona fejn jgħixu 210,000 persuna u fejn fl-aħħar jiem kien hemm żieda fil-każijiet ġodda ta’ coronavirus. Ħadd mhu se jitħalla…

COVID-19

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump qal li l-istrateġija tiegħu kontra l-coronavirus sejra tajjeb, minkejja ż-żieda fil-każijiet madwar il-pajjiż kollu. Fil-messaġġ tiegħu tal-4 ta’ Lulju, Trump qal li pajjiżu qed jagħmel…

Aktar