X

Trump iwissi li se jibgħat l-armata biex tikkontrolla l-protesti

Story Published

Il-President Amerikan Donald Trump wissa li ser jibgħat il-militar biex jikkontrolla l-protesti vjolenti li qed isiru wara l-qtil ta’ George Floyd.

Trump qal li jekk l-awtoritajiet lokali tal-istati mhux ser jirnexxielhom jikkontrollaw is-sitwazzjoni biex tingħata protezzjoni lir-residenti ser jordna l-kontroll mill-armata. Għadd ta’ bliet ħarġu ordni biex ħadd ma joħroġ mid-dar iżda din l-ordni ma kinitx obduta.

Sadanattant f’Washington il-Pulizija ta’ kontra l-irvellijiet kellhom jużaw il-gass tad-dmugħ biex jikkontrollaw il-protesti.

Related Post