Trump
Trump iwissi li se jiddikjara emerġenza nazzjonali biex jiffinanzja il-bini tal-ħajt

Il-President Amerikan Donald Trump wissa li se jiddikjara emerġenza nazzjonali biex jiffinanzja il-bini tal-ħajt biex iservi bħala fruntiera mal-Messiku mingħajr l-approvazzjoni tal-Kungress.

Trump qal li għandu l-jedd li jagħmel dan u li l-Messiku jkollha tħallas indirettament għalih. Il-Gvern Amerikan qed jiffunzjona fuq shutdown parzjali hekk kif iktar minn 800 impjegat ilhom ma jitħallsu għoxrin ġurnata.

Il-President Trump iddikjara li jirrifjuta li jiffirma leġiżlazzjoni li tiffinanzja u terġa’ tiftaħ l-operat tal-gvern jekk ma tinkludix kważi sitt biljun dollaru għall-ilqugħ fuq il-fruntiera bejn iż-żewġ pajjiżi.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Għalliem tax-xjenza fil-Kenja ngħata premju monetarju ta’ $1m bħala l-aqwa għalliem fid-dinja għaliex tant huwa ddedikat li saħansitra jonfoq kważi l-paga kollha fuq l-istudenti tiegħu. Peter Tabichi, li huwa qassis…

Barranin

B’aktar minn 90 fil-mija tal-voti mgħaduda, il-partit favur l-armata fit-Tajlandja jidher li qiegħed fuq quddiem, wara li saret l-ewwel elezzjoni mill-kolp ta’ stat ħames snin ilu. Jidher li l-partit Palang…

Aktar