Barranin
Trump iwissi lill-mexxejja demokratiċi li se jieħu r-riedni f’idejh

Wara li f’żona fil-belt ta’ Seattle fl-Istati Uniti ġiet iddikjarata awtonoma mid-dimostranti, il-President Amerikan Donald Trump wissa lill- mexxejja demokratiċi li se jieħu r-riedni f’idejh jekk dan il-libertinaġġ jibqa’ jirrenja.

Nhar it-Tnejn illi għadda wara numru ta’ konfrontazzjonijiet vjolenti mad-dimostranti, is-sindku tal-belt ordna li jitneħħew il-barrikadi u li l-Pulizija jirtiraw. Bil-konsegwenza t’hekk żona f’din il-belt qiegħda f’idejn id-dimostranti.

Trump qal li ż-żona ġiet maħtufa minn terroristi domestiċi biż-żona ġiet imlaqqma CHAZ Capitol Hill Autonomous Zone. Mijiet ta’ persuni qed jikkongregaw f’avvenimenti varji relatati mal-mixja ta’ ġustizzja razzjali mmotivata mill-mewt ta’ George Floyd.

F’serje ta’ kitbiet fuq Twitter il-President Amerikan ħareġ il-kanuni fuq il-mexxejja demokratiċi ta’ Washington u Seattle li ddeskrivihom bħala ‘boloħ’. Qal li jekk ma jieħdux azzjoni huma se jkun qed jieħu azzjoni huwa.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

It-traġedji jħallu dejjem vittmi innoċenti. L-istess l-isplużjoni ta’ nhar it-Tlieta fil-port tal-kapitali Lebaniża, Beirut, li tertqet belt sħiħa u ħalliet daqs ftit inqas mill-popolazzjoni ta’ Malta mingħajr saqaf fuq rashom…

Barranin

Il-każi tal-COVID-19 fl-Afrika qabżu l-miljun. Dan jirriżulta mill-Unjoni Afrikana li qiegħda ssegwi l-imxija tal-virus fil-kontinent. Hija esprimiet it-tħassib tagħha dwar in-nuqqas ta’ ttestjar fl-Afrika li qalet qiegħed iwassal għal stampa…

Barranin

F’Beirut fil-Libanu, dimostranti niżlu fit-toroq jipprotestaw kontra l-Gvern u juru r-rabja tagħhom għall-isplużjoni li ħalliet ħerba sħiħa nhar it-Tlieta. Ħafna Lebaniżi qed jgħidu li din l-isplużjoni seħħet minħabba neġliġenza kbira…

Barranin

Tarbija f’Beirut kienet waslet biex titwieled meta seħħet l-ewwel splużjoni ta’ jumejn ilu, li farrket il-ħġieġ tas-sala tal-isptar. Il-mument inqabad minn missier it-tarbija, li dak il-ħin inzerta qed jiġbed filmat…

Aktar