Barranin
Trump iżur lit-truppi Amerikani fl-Afghanistan

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump għamel żjara lit-truppi Amerikani fl-Afghanistan, għall-festa tat-‘Thanksgiving’.

Din hija l-ewwel żjara li għamel kemm ilu president. Hu niżel f’Bagram, iltaqa’ mas-suldati u servihom id-dundjan, u ltaqa’ mal-President tal-pajjiż Ashraf Ghani.

Waqt li kien qed jindirizza t-truppi, Trump qal li t-Talibani iridu jagħmlu ftehim mal-Istati Uniti biex itemmu din il-gwerra. Saħaq li fil-fatt, l-Istati Uniti se tkun qed tnaqqas it-truppi fil-pajjiż.

Sa’ issa, għad hemm madwar 13,000 suldat fl-Afghanistan, tmintax-il sena wara l-invażjoni Amerikana li seħħet wara l-attakki fuq il-World Trade Center tal-11 ta’ Settembru 2001.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fl-Istati Uniti l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, Nancy Pelosi, aċċettat li jibdew proċeduri ta’ impeachment kontra l-President Amerikan Donald Trump, li allegatament ser ikun akkużat b’abbuż ta’ poter. “The facts are uncontested….

Barranin

Baħri tan-Navy Amerikana spara u qatel żewġ ħaddiema, qabel dawwar il-pistola fuqu nnifsu u ħa ħajtu b’idu. Il-każ seħħ bil-bażi militari Amerikana f’Pearl Harbor f’Honolulu, fil-Hawaii, nhar l-Erbgħa li għadda….

Barranin

Franza llum tinsab wieqfa b’dak li huwa kkunsidrat bħala l-ikbar strajk ġenerali fi kważi 25 sena, u f’dan l-istadju mhux magħruf meta se jintemm. Miljuni ta’ ħaddiema huma mistennija jistrajkjaw…

Barranin

Mara ta’ 23 sena fl-Indja tinsab f’qagħda kritika, wara li ngħatat in-nar meta kienet fi triqtha għall-Qorti. It-tfajla kienet se tattendi seduta tal-Qorti f’Uttar Pradesh, li matulha żewġt irġiel qed…

Aktar