Barranin
Trump jakkuża lill-WHO li qed titmexxa miċ-Ċina u fi ħsiebu li jwaqqaf il-fondi lill-għaqda

Il-President Amerikan Donald Trump bagħat jinforma b’ittra lill-kap tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa li l-Istati Uniti qed taħseb biex tirtira l-fondi lill-WHO b’mod permanenti.

Fil-korrispondenza, Trump ta’ 30 jum ċans lil Tedros Adhanom Ghebreyesus, biex il-WHO tagħmel titjib sostanzjali fil-mod kif titmexxa, biex l-Istati Uniti terġa’ tirrikonsidra l-pożizzjoni tagħha. Ilbieraħ Trump akkuża lill-WHO li qed titmexxa miċ-Ċina, u akkuża lill-gvern Ċiniż li qed jgħatti xturu f’din il-pandemija tal-COVID19.

Iċ-Ċina dejjem ċaħdet l-akkużi kontriha bil-Ministru tal-Affarijiet Barranin jirribatti li l-Istati Uniti qed tipprova tiżgwida lid-dinja.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-President Amerikan Donald Trump qal li l-Gvern irid jingħata sehem mit-taqsima tal-Istati Uniti ta’ Tik Tok, jekk din tinxtara minn kumpanija Amerikana. Trump qal li kien għamel din it-talba lill-kap…

COVID-19

Skont il-BBC, l-Iran kien qed jigdeb fuq l-għadd ta’ nies li għandu nfettati bil-Covid-19, fejn investigazzjoni wriet li filwaqt li l-pajjiż qed jirraporta li għandu ‘l fuq minn 14,000 ruħ…

Barranin

Żewġ astronawti Amerikani rnexxielhom jinżlu b’suċċess fil-baħar wara l-missjoni tagħhom fl-ispazju. Il-kapsula msejħa Space X Dragon bl-astronawti Dough Hurley 7u Bob Behnken niżlet fil-golf tal-Messiku fejn imbagħad dgħajsa ġabret lill-astronawti…

Barranin

Tal-inqas 18-il uffiċjal tal-pulizija ndarbu waqt li kienu qed jipprovaw iferrxu l-folla fi protesta kontra l-miżuri tal-lockdown kontra l-coronavirus f’Berlin il-Ġermanja. Il-pulizija qalet li tliet uffiċjali qed jingħataw il-kura fl-isptar….

Aktar