Brexit
Trump jgħid li Farage għandu jkun involut fin-negozjati tal-Gvern Ingliż għal Brexit

Il-President Amerikan Donald Trump qal li Nigel Farage għandu jkun involut fin-negozjati tal-Gvern Ingliż għal Brexit u lir-Renju Unit għandu jkun lest biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim.

Il-President Trump qal dan ġurnata biss qabel jibda żjara statali fir-Renju Unit. Il-kummenti tal-President Amerikan qed jitqiesu mill-aktar kontroversjali u jiksru l-prattika tad-diplomazija. Il-President Trump għadha wkoll kummenti favorevoli għal Boris Johnson li qed jaspira li jilħaq Prim Ministru flok Therese May.

Trump qal li Farage bħala l-mexxej tal-partit favur il-Brexit għandu ħafna x’joffri fin-negozjati mal-Unjoni Ewropea.