Barranin
ARA: Trump jgħid li kellu battalji iebsa u li ġġilidhom

Hekk kif illum Joe Biden se jkun qed jinħatar President tal-Istati Uniti, Donald Trump għamel l-aħħar diskors tiegħu bħala President u qal li għamel dak li kellu jagħmel u ħafna iktar.

Fuq filmat fuq youtube, li dam għaddej għoxrin minuta, Trump qal li kellu battalji iebsa u li ġġilidhom għaliex dik kienet ir-raġuni għalfejn in-nies eleġġewh President.

Trump għadu ma aċċettax uffiċjalment ir-riżultat tal-elezzjoni Presidenzjali, iżda kkundanna l-vjolenza fil-US Capitol u qal li din qatt ma tista’ tkun ittollerata.

Qabel l-inawgurazzjoni tiegħu, Joe Biden mexxa tislima nazzjonali lejn l-erba’ mitt elf Amerikan li tilfu ħajjithom kawża tal-Covid, fejn mal-erba’ mitt bozza nxtegħlu quddiem il-monument ta’ Abraham Lincoln f’Washington DC .