Barranin
Trump jgħid li l-Afrika u l-Amerika t’Isfel huma fossa

L-Unjoni Afrikana li tirrapreżenta 55 pajjiż talbet li l-President tal-Istati Uniti Donald Trump jagħmel apoloġija wara li allegatament sejjaħ dawk il-pajjiżi minn fejn qed jaslu l-immigranti fl-Istati Uniti bħala fossa. Il-missjoni tal-Unjoni Afrikana f’Washington DC esprimiet xokk, dispjaċir u ħassitha offiża b’dawn il-kummenti u qalet li l-amministrazzjoni ta’ Trump ma tifhimx lill-Afrikani.

F’laqgħa ma’ xi leġislaturi fl-Oval Office nhar il-Ħamis, il-President Amerikan, Donald Trump esprima l-frustrazzjoni tiegħu fuq l-immigranti li qed jaslu l-Istati Uniti minn pajjiżi li ddeskriva bħala fossa b’referenza għal Haiti, El Savador u pajjiżi mill-Afrika. Ġie kkwotat jgħid li jippreferi aktar nies min-Norveġja milli minn dawn il-pajjiżi.

Il-kummenti malajr qanqlu reazzjoni ta’ stmerrija u kundanna minn politiċi Demokratiċi u Repubblikani kif ukoll minn madwar id-dinja fosthom in-Nazzjonijiet Magħquda. Aktar tard fuq twitter, il-President Trump ċaħad li uża dan il-lingwaġġ fil-konfront ta’ dawn il-pajjiżi iżda ammetta li uża kliem iebes.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Waqt li l-Papa Franġisku jinsab iċ-Ċili, fit-toroq tal-kapitali Santiago kien hemm xeni vjolenti hekk kif il-pulizija kellha tuża l-kanuni tal-ilma biex tferrex lid-dimostranti li kienu qed jipprotestaw kontra ż-żjara tal-Papa….

Barranin

Politiku prominenti Serb-Kosovar, Oliver Ivanovic inqatel b’madwar ħames tiri t’arma tan-nar barra l-bini tal-partit fit-tramuntana tal-Kosovo li hija kkontrollata mis-Serbi. L-aggressuri ħarbu minn fuq il-post b’karozza li aktar tard instabet…

Barranin, Kurżitajiet

Jekk kont se tagħtas, iżżommhiex, ħallieha toħroġ għax tista’ tagħmel ħsara lilek innifsek! Ingliż ta’ 34 sena tgħallem il-lezzjoni għal ħajtu kollha meta kellu jqatta’ ġimgħatejn l-isptar minħabba li sofra…

Barranin

Grupp tad-drittijiet tal-annimali Peta nieda kampanja internazzjonali biex jieqfu jiġu mmaltrattati l-annimali f’Petra fil-Ġordan. Dan il-grupp qal li l-ħmir,l-iġmla u ż-żwiemel qed jiġu msawta u sforzati jġorru lin-nies fis-sħana taqli…

Aktar