Barranin
Trump jgħid li lest joħroġ mill-White House meta l-Kulleġġ Elettorali jikkonferma lill-President Elett Joe Biden

Il-President Amerikan Donald Trump qal li lest joħroġ mill-White House ġaladarba l-Kulleġġ Elettorali jikkonferma lill-President Elett Joe Biden.

Waqt li kien qed jitkellem mal-midja fil-ġurnata ta’ Thanksgiving, Trump qal li hi diffiċli għalih li jikkonċedi t-telfa għaliex stqarr li kienet elezzjoni mbagħbsa.

Fl-istess attività, Trump qal li l-vaċċin mistenni jibda jiġi pprovdut mill-ġimgħa d-dieħla. Saħaq li Joe Biden ma jistax jieħu l-kredtu għaliex huwa kien il-moħħ li ħadem fuq li ħadem biex dawn jiġu approvati mill-awtoritajiet tal-pajjiż.

Qal li l-vaċċin se jingħata lil frontliners, l-anzjani u ħaddiem fis-settur tas-saħħa.