Barranin
Trump jiffirma liġi biex jitqassam pakkett ta’ għajnuna finanzjarja għall-Coronavirus

Il-President Amerikan Donald Trump iffirma liġi biex jitqassam pakkett ta’ għajnuna finanzjarja għall-Coronavirus u b’hekk evita li jsir lockdown parzjali tad-dipartimenti tal-Gvern. Għall-ewwel Trump ma riedx jiffirma l-liġi għax qal li ried jagħti lin-nies aktar flus iżda l-fatt li dam ma ffirma din il-liġi fisser li miljuni ta’ Amerikani tilfu temporanjament il-benefiċċju tal-qgħad.

Il-pakkett ta’ għajnuna ta’ 900 biljun dollaru Amerikan kien approvat mill-Kungress Amerikan wara xhur ta’ negozjati. Kieku Trump baqa’ ma ffirmax il-liġi sa nofsilejl tat-Tnejn, kien ikollu jibda lockdown parzjali tad-dipartimenti tal-Gvern.

Mal-14-il miljun Amerikan tilfu l-ħlas tal-benefiċċju tal-qagħad u ma rċevewx ċekkijiet oħra ta’ għajnuna finanzjarja għalkemm issa la Trump iffirma l-liġi, il-benefiċċjarji se jieħdu dak li hu dovut lilhom.