Trump
Trump jiġġustifika l-finanzjament għall-ħajt li jservi bħala fruntiera mal-Messiku

Il-President Amerikan Donald Trump indirizza lill-poplu Amerikan mill-Oval Office fil-White House, f’diskors li xxandar fuq it-televiżjoni biex jiġġustifika l-finanzjament għall-ħajt li jservi bħala fruntiera mal-Messiku. Trump qal li l-finanzjament huwa meħtieġ biex tkun indirizzata l-kriżi tal-fruntieri li ddeskriviha bħala kriżi tar-ruħ, kriżi umanitarja u kriżi li għandha implikazzjonijiet għas-sigurtà għall-Amerikani stess.

Skont Trump, l-Amerikani qed isofru ħafna attakki marbuta mal-kriminalità fosthom dik ta’ droga dieħla mill-Messiku.

Id-demokratiċi wkoll permezz ta’ reazzjoni mxandra fuq it-televiżjoni akkużaw lil Trump li qed iżomm lill-Amerikani ostaġġ biex jagħmel dak li jrid hu, hekk kif għat-tmintax -il jum, mijiet ta’ eluf ta’ ħaddiema tal-Gvern ma ħadux il-paga minħabba x-shutdown tal-Gvern.

Ix-shutdown huwa proċess li jseħħ meta l-kungress ma jkunx approva l-budget ta’ diversi aġenziji tal-Gvern u b’hekk l-operat ta’ dawn l-aġenziji federali jieqfu u l-ħaddiema li jaħdmu magħhom jispiċċaw ma jir1ievux il-paga dovuta tagħhom.  Trump għabba lid-demokratiċi bil-ħtija għal dan is-shutdown.

Trump qal li biex jibni ħajt tal-ħadid għandu bzonn $5.7 biljun , u b’hekk ikun wettaq dak li wiegħed fil-kampanja presidenzjali tiegħu.  Id-Demokratiċi iżda li jikkontrollaw il-kamra tar-rappreżentanti mhux se japprovaw li joħorġu dawn il-fondi.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Dan hu l-mument fejn it-tarbija tat-twelid li ngħatat l-isem ta’ India nstabet f’basket tal-plastik f’Georgia l-Istati Uniti. Kienet il-bikja rqiqa tagħha li wasslet biex residenti fl-inħawi fejn intrema l-basket joħorġu…

Barranin

San Francisco sar l-ewwel pajjiż fl-Istati Uniti li pprojbixxa l-bejgħ tal-e-cigarettes. Dan sakemm ikun ċar x’effett għandhom fuq is-saħħa. Nhar it-Tlieta li għadda ġie vvotat biex ikun illegali li bejjiegħa…

Teknoloġija

Għall-ewwel darba, il-kumpanija tal-Facebook qablet li tagħti informazzjoni ta’ utenti Franċiżi li huma suspettati li jiktbu kliem ta’ mibegħda lill-Qorti meta tkun mitluba. Sal-lum il-ġurnata, Facebook ikoopera mal-Qrati Franċiżi fuq…

Barranin

It-taħditiet dwar il-kummerċ li se jsiru bejn il-President Amerikan Donald Trump u l-President Ċiniż Xi Jinping mistennija jiddominaw is-summit tal-G20 f’Osaka l-Ġappun meta ż-żewġ mexxejja se jiltaqgħu fl-aħħar jum tas-summit…

Aktar