Barranin
Trump jikkritika l-kawtela tal-awtoritajiet tas-saħħa fuq il-ftuħ tal-iskejjel

Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, ikkritika lid-Direttur tal-Istitut Nazzjonali għall-Allerġiji u l-Mard Infettiv, Anthony Fauci, fuq il-kawtela li dan esprima b’rabta mal-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel.

Waqt li kien qed jindirizza lis-Senat, Dr Fauci, li jmexxi t-taskforce fuq il-coronavirus, wissa li jekk il-miżuri tal-lockdown jiġu llaxkati malajr wisq, jaf jiżdiedu l-imwiet.

Rigward l-iskejjel, huwa qal li d-deċiżjoni dwar jekk għandhomx jinfetħu mill-ġdid trid tittieħed skont kif tkun is-sitwazzjoni tal-Covid-19 dak iż-żmien, u li m’għandux ikun hemm spekulazzjonijiet minn qabel. Huwa żied li t-tfal mhumiex għal kollox reżistenti għall-virus u l-effetti li din il-marda jista’ jkollha fuqhom m’għandhomx jiġu injorati.

Il-President Trump qal li kien sorpriż b’dawn il-kummenti, li qal għalih mhumiex aċċettabbli. Huwa allega li Fauci qed jilgħab fuq il-possibiltajiet kollha, u sostna li l-istatistika uriet li din il-marda ma tolqotx ħafna lit-tfal, u l-uniku eċċezzjoni għandha tkun għal għalliema mdaħħla fiż-żmien, li jitħallew jibqgħu ftit żmien iktar id-dar.

Aħbarijiet Oħra

Fl-Indja fetaħ mill-ġdid għat-turisti t-Taj Mahal wara 6 xhur magħluq minħabba l-pandemija. Dan l-iżvilupp seħħ minkejja li l-Indja hu l-agħar pajjiż milqut mill-imxija.Bħalissa fl-Indja hemm iktar minn 5 miljun persuna…

Il-mewt ta’ mijiet ta’ ljunfanti f’daqqa fil-Botswana iktar kmieni din is-sena qajjem tħassib għal din l-ispeċi fl-Afrika li diġà tinsab fir-riskju tal-estinsjoni. Huwa kkalkulat li bejn Mejju u Ġunju mietu…

Wara l-Paradise Papers, il-Panama Papers, Swiss Leaks u Lux Leaks, issa ġew żvelati l-FinCen files, li juru kif banek kbar, fosthom l-HSBC, ħallew lil kriminali jitrasferixxu flushom madwar id-dinja. Il-FinCEN…

Il-konsulent xjentifiku tal-Gvern tar-Renju Unit wissa li sa nofs Ottubru, fil-pajjiż jista jkun hemm mal-50,000 każ ġdid ta’ coronavirus kuljum. Sir Patrick Vallance qal li sa xahar wara, dan iwassal għal…

Aktar