Barranin
Trump jiltaqa’ ma’ Kim Jong-un f’Singapore

Fl-aħbar li qed tiddomina x-xena internazzjonali, il-President Amerikan Donald Trump iltaqa’ mal-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-un f’Singapore.

Din hija l-ewwel darba li President tal-Istati Uniti ltaqa’ mal-mexxej tal-Korea ta’ Fuq.

Huma ltaqgħu f’lukanda lussuża u ħadu b’idejn xulxin tliet darbiet u t-tliet darbiet li huma kien Trump l-ewwel li ħareġ idejh.

Iż-żewġ naħat diġà kellhom xi laqgħat li matulhom ġew diskussi d-diżarm tal-armi nukleari u possibilità ta’ dikjarazzjoni ta’ paċi. Dwar dawn il-kwistjonijiet mistenni jiġi ffirmat ftehim bejn iż-żewġ naħat.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Kanċillier Angela Merkel qed tissogra l-pożizzjoni li ilha tokkupa għal dawn l-aħħar 13-il sena u l-futur tal-koalizzjoni tal-Gvern minħabba tilwima taħraq mal-Ministru tal-Intern u Mexxej tal-Partit Konservattiv tal-Bavarja, Horst Seehofer,…

Barranin

Fit-Turkija, instab ġeru bla saħħa bil-pali ta’ saqajh u denbu maqtugħin barra. Kien ilu jumejn hekk, isofri, qabel sabu xi ħadd b’qalbu tajba li ħadu għand veterinarju. Il-filmati grafiċi tal-ġeru…

Barranin

Żagħżugħ Awstrijakk kisser ġebla mill-Kolossew biex iżommha bħala tifkira.  Iżda l-ġest li għamel ma tantx baqa’ mistur għax malajr sab ma’ wiċċu lill-Pulizija Taljana. Waqt ronda fiż-żona tal-Anfiteatro Flavio u…

Barranin

Mijiet ta’ tfal qed jinżammu ġo gaġeġ fil-faċilitajiet mal-fruntiera tal-Istati Uniti. Tfal immigranti, li ġew mifruda minn mal-ġenituri tagħhom, qed jinżammu f’dak li ssejjaħ ħabs. Dan qaluh il-ġurnalisti li żaru…

Aktar