Barranin
Trump jindika li l-Pulizija m’għandhomx jibqgħu jagħfsu għonq in-nies

Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, qal li b’mod ġenerali huwa favur li tintemm il-prattika ta’ ‘chokeholds’ mill-Pulizija, fejn dawn jagħfsu għonq il-persuna bħala mezz biex jikkontrollawha waqt l-arrest.

Trump kien qed jitkellem fl-isfond tal-akkużi ta’ qtil fil-konfront tal-eks pulizija Derek Chauvin, li poġġa rkopptu fuq għonq George Floyd meta arrestah, b’dan tal-aħħar li spiċċa biex miet.

Il-każ wassal għal protesti kbar madwar l-Istati Uniti, fejn f’partijiet minn ċertu bliet saħansitra ntilef il-kontroll u l-Pulizija ntalbu jirtiraw miż-żona.

Fil-belt ta’ Minneapolis, fejn inqatel Floyd, il-kunsill ivvota biex iżarma l-korp tal-Pulizija, u minflok se jwaqqaf sistema ta’ żamma ta’ sigurtà mmexxija mill-komunità.

Diversi korpi tal-pulizija fl-Istati Uniti qalu li qed jieħdu passi biex itemmu l-prattika tal-għafis fuq l-għonq, waqt li l-kungress Amerikan qed jiddiskuti abbozz ta’ riforma fil-pulizija.

Ara wkoll:

Trump iwissi lill-mexxejja demokratiċi li se jieħu r-riedni f’idejh

Aħbarijiet Oħra
Barranin

It-tielet lejl infila ta’ protesti fil-kapitali Lebaniża Bejrut. Ġimgħa eżatt wara l-isplużjoni katastrofika li ħalliet iktar minn mitejn mejta u sitt elef persuna midruba, u llivellat mingħajr ħniena l-infrastruttura ta’…

Barranin

Skont figuri miġbura mill-Università Johns Hopkins, l-għadd ta’ nies infettati bil-coronavirus madwar id-dinja qabeż l-għoxrin miljun f’188 pajjiż. Aktar minn seba’ mija u tletin elf ruħ mietu. Mill-każi rregistrati, ħames…

Barranin

Il-President Russu Vladimir Putin qal li pajjiżu żviluppa tilqima ġdida kontra l-Coronavirus u li skont hu ngħatat l-approvazzjoni regolatorja f’inqas minn xahrejn li bdiet tiġi ttestjata fuq in-nies umani. Putin…

COVID-19

Fi New Zealand wara mitt jum mingħajr każ ġdid, irreġistraw 4 każijiet ġodda, bis-sors tal-infezzjonijiet għadu mhux magħruf. Il-każijiet instabu f’Auckland. B’reazzjoni għal din l-aħbar il-Prim Ministru Jacinda Ardern ħabbret…

Aktar