Trump jirrevoka l-linja gwida ta’ Obama dwar l-użu tat-toilets minn persuni transgender

Il-Gvern tal-President Donald Trump irrevoka l-gwidi lill-iskejjel pubbliċi Amerikani li jippermettu studenti transgender biex jużaw toilets skont l-identità tal-ġeneru tagħhom.

Il-gwida li kien ħariġha l-eks President Amerikan Barack Obama, kien meqjusa bħala kisba kbira għad-drittijiet tal-persuni transgender. Ċritiċi madankollu qalu li kienet thedded il-privatezza u s-sigurtà ta’ studenti oħrajn.

Id-direttiva ta’ Obama kienet qajmet oppożizzjoni u kellu diversi sfidi legali minn 13-il stat. It-tneħħija tad-direttiva minn Trump mhux se jkollha mpatt immedjat għax kien ilha mblukkata temporanjament min imħallef f’Texas minn Awwissu iżda mal-aħbar tar-revoka diversi attivisti marru jipprotestaw quddiem il-White House.