Barranin
Trump jirrifjuta li jieħu sehem f’dibattitu ma’ Biden

Il-President Amerikan Donald Trump irrifjuta li jieħu sehem f’dibattitu televiżiv virtwali mar-rivali tiegħu l-kandidat Demokratiku Joe Biden.

Iktar qabel il-Kummissjoni Elettorali li qed tiehu ħsieb id-dibattiti skedati għall-elezzjoni Presidenzjali tat-3 ta’ Novembru, qalet li t-tieni dibattitu se jsir fil-15 t’Ottubru b’mod virtwali minħabba s-sitwazzjoni tal-President Trump.

Trump iżda qal li mhux se jaħli ż-żmien jagħmel dibattitu minn wara l-iscreen tal-kompjuter.

Huwa attakka lill-Kummissjoni Elettorali u qal li ħadet id-deċiżjoni biex tmur għal dibattitu virtwali biex tipproteġi lir-rival tiegħu Joe Biden. Minflok id-dibattitu Trump se jieħu sehem f’rally għall-partitarji tal-Partit Repubblikan.