Barranin
Trump jirrikonoxxi Ġerusalemm bħala kapitali ta’ Iżrael

Il-President Amerikan Donald Trump se jirrikonoxxi Ġerusalemm bħala l-kapitali ta’ Iżrael. Uffiċjali għolja mill-amministrazzjoni ta’ Trump qalu li l-Ambaxxata Amerikana mhux se tiċċaqqlaq minn Tel Aviv għal Ġerusalemm immedjatament. L-aħbar ħarġet qabel id-diskors li mistenni jagħmel Trump aktar tard illum.

Aktar kmieni, il-mexxeja Għarab wissew kontra ċ-ċaqlieq tal-Ambaxxata Amerikana minn Iżrael għal Ġerusalemm b’uħud jgħidu li din se sservi ta’ provokazzjoni flagranti għall-Musulmani. L-istat ta’ Ġerusalemm, sit qaddis kemm għall-Iżraeljani kif ukoll għall-Palestinjani huwa kontroversjali.

Iżrael dejjem qies lil Ġerusalemm bħala l-belt kapitali filwaqt li l-Palestinjani jsostnu li l-Lvant ta’ Ġerusalemm huwa l-kapitali tal-istat futur tal-Palestina. Bir-rikonoxximent ta’ Ġerusalemm bħala l-kapitali ta’ Iżrael, l-Istati Uniti saret l-ewwel pajjiż li għamlet dan minn meta twaqqaf l-istat ta’ Iżrael fl-1948.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-President tat-Turkija Recep Tayyip Erdogan ħeġġeġ lill-Mexxejja tan-Nazzjonijiet Musulmani jirrikonoxxi lil Ġerusalemm bħala l-kapitali okkupata tal-istat Palestinjan. Waqt summit tal-organizazzjoni tal-koperazzjoni Iżlamika, huwa qal li d-deċiżjoni Amerikana li tirrikonoxxi Ġerusalemm…

Barranin

Fl-Italja għargħar laqat it-tramuntana tal-pajjiż b’mijiet ta’ nies kellhom jevakwaw darhom b’oħrajn ifittxu kenn f’bini għoli biex jevitaw l-ilmijiet qawwija. L-ilmijiet laqtu l-iktar lill-ibliet ta’ Lentigione u Brescello fir-reġjun ta’…

Barranin

Fl-Istati Uniti, l-aggressur Akayed Ullah, li huwa akkużat b’attakk terroristiku fi stazzjon nhar it-Tnejn li għadda f’Manhattan fi New York, ippostja messaġġ fuq il-midja soċjali indirizzat għall-President Amerikan Donald Trump…

Barranin

Splużjoni kbira f’impjant tal-gass fl-Awstrija ħalliet persuna mejta u minn tal-anqas 18 feruti. L-isplużjoni li seħħet għall-ħabta tad-8.45 ta’ dalgħodu fis-sit Baumgarten ikkawżat ukoll in-nirien, bl-awtoritajiet iżda jgħidu li s-sitwazzjoni…

Aktar