Barranin
Trump jirtira mid-deċiżjoni ta’ kwarantina fuq New York

Il-President Amerikan Donald Trump qal li m’hemmx bżonn li tiġi imposta kwarantina fuq New York, fejn bħalissa hemm mat-52,000 każ ta’ Covid-19.

Iktar kmieni huwa qal li kienet qed tiġi kkunsidrata kwarantina għal New York, u partijiet minn New Jersey u Connecticut, biex titnaqqas l-imxija tal-virus.

Iktar tard qal iżda li din il-kwarantina m’hemmx bżonnha, u minflok inħarġu rakkomandazzjonijiet fuq l-ivjaġġar miċ-ċentru għall-kontroll u l-prevenzjoni tal-mard, li wissa kontra vjaġġar mhux essenzjali f’dawn l-istati għal ġimagħtejn.

Qal li d-deċiżjoni kontra l-kwarantina ttieħdet fuq rakkomandazzjoni tal-Coronavirus Task Force fil-White House.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Iż-żamma tad-distanza soċjali, l-iġjene u l-ilbies tal-maskri huma l-miżuri ewlenin ta’ prekawzjoni mħabbra mill-awtoritajiet tas-saħħa li jridu jkomplu jiġu segwiti anke meta nhar il-Ġimgħa jispiċċaw bosta restrizzjonijiet. Il-Ministeru tas-Saħħa qal…

Saħħa

L-Awtorità għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur, l-MCCAA, approvat 20 magna tan-nifs li ġabet b’xejn miċ-Ċina, l-Għaqda ta’ Ħbiberija bejn Malta u ċ-Ċina. Fi stqarrija, il-President ta’ din l-għaqda, l-eks Ministru Reno…

COVID-19

Għalkemm mhumiex permessi attivitajiet tal-massa, jista’ jkun hemm sa massimu ta’ 75 persuna f’post wieħed sakemm hemm spazju għal persuna waħda għal kull erba’ metri kwadri f’uffiċini, teatri u mużewijiet. Waqt…

COVID-19

Fl-isfond tal-miżuri li qed jittieħdu fir-ristoranti mindu l-ħwienet tal-ikel reġgħu fetħu l-bibien tagħhom, fl-aħħar sigħat l-ITS ippubblika filmat bil-għan li l-istudenti tiegħu kif ukoll min bi ħsiebu jaħdem fil-qasam tal-ikel,…

Aktar