Barranin
Trump jitratta n-nisa qishom ġisem bla ruħ – l-ex direttur tal-FBI

L-ex- Direttur tal-FBI James Comey qal li l-President Amerikan Donald Trump ma għandux il-kwalitajiet morali biex ikun president minħabba li jitratta n-nisa qishom ġisem bla ruħ.

Comey ta l-ewwel intervista wara li l-President Trump keċċieh is-sena l-oħra. Spjega li l-President Trump jigdeb b’mod kostanti u anke jagħmel il-bsaten fir-roti biex ma titwettaqx il-ġustizzja. Qal li fil-bidu r-relazzjoni bejniethom ma kenitx tidher li sejra ħażin.

James Comey qal li kemm qabel kif ukoll ma’ sar President, Trump kien jgħidlu li qed jagħmel xogħol tajjeb u li jitamma li jibqa’ fil-kariga tiegħu.

Mill-banda l-oħra, il-President Trump ftit sigħat qabel ħarġet l-intervista akkuża lill-Comey li dak li qal huwa kollu gidba.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mas-60 persuni, fosthom tfal, tilfu ħajjithom, u madwar 100 oħra sfaw feruti meta ntlaqtu minn ferrovija fl-istat ta’ Punjab, fl-Indja. Filmat li nġibed minn mobile juri dawn il-mumenti xokkanti. It-traġedja ġrat…

Barranin

L-Arabja Sawdija ammettiet li l-ġurnalist Jamal Khashoggi nqatel fil-konsolat tagħha fit-Turkija, wara li għal ħmistax sħaħ sostniet li dan kien ħareġ mill-konsolat qawwi u sħiħ. Il-midja tal-istat tas-Sawdi kkwotat l-ewwel…

Barranin

Anzjan spiċċa b’imnieħru u tliet kustilji miksurin wara li qala’ xebgħa mingħand sid ta’ restorant talli ordna biss antipasto.  Il-każ seħħ f’Arezzo fl-Italja u jinsab f’ħoġor il-Qorti. Il-klijent, li għandu…

Familja Rjali

Meghan Markle u l-Prinċep Harry sabu ftit tal-ħin biex jerħulha lejn il-baħar waqt li qegħdin fi żjara Rjali fl-Awstralja. Huma żaru l-bajja famuża Bondi Beach fejn iltaqgħu mal-membri tal-OneWave, komunità…

Aktar