Barranin
Trump: l-Istati Uniti se toffri soluzzjoni oħra għall-paċi bejn Iżrael u l-Palestina

Għall-President tal-Istati Uniti Donald Trump, is-soluzzjoni għall-kriżi fil-Lvant Nofsani mhux neċessarjament għandha tkun il-ħolqien ta’ żewġ stati – wieħed Iżraeljan u l-ieħor Palestinjan. Waqt konferenza tal-aħbarijiet mal-Prim Ministru ta’ Iżrael Benjamin Netanyahu, Trump saħaq fuq il-ħtieġa li ż-żewġ naħat jagħmlu l-kompromessi.

“The United States will encourage a peace, and really a great peace deal. We’ll be working on it very, very diligently. Very important to me also, something we want to do. But it is the parties themselves who must directly negotiate such an agreement. We’ll be beside them, working with them. As with any successful negotiation, both sides will have to make compromises. You know that, right?”

Id-dikjarazzjonijiet ta’ Trump kienu kkritikati mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda Antonio Guterres li sostna li l-Istati Uniti m’għandhomx ifittxu soluzzjonijiet differenti minn dawk li kienu l-miri tal-politika barranija Amerikana għal għexieren ta’ snin.

Sadanittant matul il-laqgħa li saret f’Washington, Trump talab lil Netanyahu biex irażżan il-bini ta’ djar għall-Iżraeljani f’territorji Palestinjani. Fl-istess ħin iżda qal li l-Amerikani se jkunu qed jaħdmu biex iċaqalqu l-ambaxxata minn Tel Aviv lejn Ġerusalemm – ċaqlieqha li żgur tkun kontroversjali mal-Palestinjani.

Min-naħa tiegħu, f’diskors fil-Kungress Amerikan, Netanyahu fisser ruħu ferm aktar ottimist dwar ir-relazzjonijiet mal-Istati Uniti minn kif kienu fi żmien Barack Obama.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mara ta’ 23 sena qed tkun akkużata bi qtil wara li tifel ta’ sena u nofs waqa’ għal isfel minn tieqa fi blokka appartamenti (ritratt). Il-każ seħħ nhar is-Sibt li…

Barranin

L-awtoritajiet Katalani qalu li mhux se jobdu l-ordnijiet tal-gvern ċentrali Spanjol f’Madrid jekk juża l-poteri leġislattivi u jinfurzhom biex jieħu l-kontroll tar-reġjun Katalan. Dan wara li l-gvern Spanjol wissa li…

Barranin

Il-Prim Minsitru Ġappuniż Shinzo Abe wiegħed li jieħu miżuri fil-konfront tal-Korea ta’ Fuq wara li rebaħ l-elezzjoni tal-Ħadd b’maġġoranza kbira. Abe sejjaħ elezzjoni bikrija biex jikseb appoġġ akbar, ħalli jindirizza…

Barranin

F’Nuneaton l-Ingilterra, raġel armat b’senter daħal fi stabbilment tal-bowling mimli nies, fosthom tfal, u żamm ostaġġi żewġ membri tal-istaff tal-istabbilment. Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-2.30 ta’ waranofsinhar. Allegatament ir-raġel daħal…

Aktar